Reliġjon
Illejla l-quddiesa u r-rużarju minn Ta’ Pinu fuq TVM2

Il-Knisja qed tagħmel sejħa lil dawk kollha ta’ rieda tajba, speċjalment lill-familji Nsara, illum l-Erbgħa 25 ta’ Marzu, Solennità tat-Tħabbira tal-Mulej, f’għaqda max-xewqa tal-Papa f’ jum ta’ talb mad-dinja kollha.

Illejla l-Isqof Mario Grech se jmexxi l-Quddiesa u dritt wara t-talba tar-Rużarju Imqaddes mill-Kappella tas-Santwarju Ta’ Pinu, il-familji – Knisja tad-dar – huma msejħa biex jinġabru fid-dar tagħhom madwar ix-xbieha tal-Madonna Ta’ Pinu u jitolbuha tieqaf magħna f’din is-siegħa.

Ix-xandira tibda fil-5.30pm u tintwera b’mod dirett fuq TVM2 kif ukoll fuq www.youtube.com/c/DioceseofGozo/live.

Aħbarijiet Oħra
Reliġjon

Nhar il-Ġimgħa 29 ta’ Novembru 2019 jingħata bidu għal disgħa t’ijiem ta’ Novena ta’ preparazzjoni għall-Festa tal-Immakulata Kunċizzjoni fl-Imqabba. In-Novena tiftaħ fil-Knisja Parrokkjali tal-Imqabba fil-5:30pm bir-reċita tar-Rużarju. Wara tingħad il-Kurunella tal-Immakulata Kunċizzjoni u tingħata l-Barka…

Reliġjon

Fl-okkażjoni tal-400 sena mill-inkwadru tal-Madonna ta’ Pinu, ix-xbieha pellegrina se tkun qiegħda tintlaqa’ fil-Parroċċa ta’ Birżebbuġa fix-xahar t’Ottubru, xahar iddedikat lil Ommna Marija. L-Inkwadru jasal l-Erbgħa 9 t’Ottubru fit-8.00pm, meta…

Reliġjon

L-Assoċjazzjoni Publju ta’ Malta tgħid li għall-Maltin il-Kapitlu 28 tal-Atti tal-Appostli huwa speċjali, għax insibu r-rakkont tal-ġrajja tal-miġja ta’ San Pawl f’pajjiżna u l-laqa’ li Publju, l-prinċep tal-gżira għamillu. Il-figura…

Reliġjon

Nhar il-Ħadd 25 ta’ Awwissu, wara nuqqas ta’ aktar min tletin sena l-Luqin ser jerġgħu jaraw l-istatwa devota tal-Madonna taċ-Ċintura, lura fit-toroq tar-raħal. Kienet ilha ħafna x-xewqa tal-Luqin li din…

Aktar