Reliġjon
Illum tibda l-Festa ta’ Santu Kruċ f’Birkirkara

Sa mill-eqdem żminijiet il-Knisja Rumana tiċċelebra s-sejba tar-Relikwi Qaddisa tas-Salib Imqaddes minn Santa Elena b’mod tassew solenni. B’devozzjoni tassew antika lejn is-Salib Imqaddes Birkirkara tiċċelebra l-Festa ta’ Santu Kruċ nhar it-3 ta’ Mejju.

Din il-sena l-Festa tibda propju llum 2 ta’ Mejju fis-6:30pm b’investitura ta’ żewġ kanonċi onorarji ġodda, Dun Robert Grech u Dun Michael Zammit. Jipresjedi l-investitura l-Prepostu Arċipriet Mons Paul C. Vella. Immedjatament wara ssir it-Translazzjoni Solenni tar-Relikwa tas-Salib Imqaddes u jintalab l-Ewwel Għasar Prepositali tal-Festa.

Il-Ħamis 3 ta’ Mejju filgħodu ser ikun hemm manifestazzjoni mit-tfal tal-iskejjel primarji mill-iskola Primarja sal-Bażilika u fil-11:30 quddiesa għat-tfal fil-Bażilika. Filgħaxija fis-6:00 tibda l-Quddiesa Solenni Prepositali. Jinseġ il-Paniġierku l-Kan Dun Michael Zammit.

Minħabba t-temp previst ġie deċiż li l-Purċissjoni bir-Relikwa tas-Salib Imqaddes u l-Vara titulari ta’ Sant’ Elena ssir nhar il-Ħadd 6 ta’ Mejju fid-8:45, akkumpanjata mill-Banda Duke of Connought’s Own.

Din is-sena b’tifkira tal-150 sena anniversarju tat-twaqqif tal-istess banda l-Purċissjoni ser tgħaddi minn quddiem il-Każin tal-Banda fi Triq il-Wied. Il-Purċissjoni ser tkun akkumpanjata minn ħruq tan-nar imtella’ mill-Kumitat tan-Nar 18 t’Awwissu.

Aħbarijiet Oħra
Reliġjon

Għada hija l-festa liturġika ta’ San Publiju u l-Furjaniżi se jiċċelebraw il-festa b’dimostrazzjoni bl-istatwa li tirrapreżenta lil Publiju bħala prinċep żagħżugħ mat-toroq ewlenin tal-Furjana. Id-dimostrazzjoni ser tkun akkumpanjata mill-banda. Il-ġrajja ta’ San…

Reliġjon

Fl-okkażjoni tal-50 anniversarju mit-twaqqif tal-parroċċa tal-Madonna ta’ Fatima f’Tal-Pietà, il-Kummissjoni Festa qiegħda torganizza wirja Marjana fis-sala Yvonne taħt iz-zuntier tal-knisja parrokkjali. F’din il-wirja sejrin ikunu esebiti xi statwi tal-Madonna ta’…

Reliġjon

Il-Fondazzjoni Gwanni Pawlu II b’kollaborazzjoni sħiħa mal-Partijiet Franġiskani ser tikkommemora l-Isqof Sylvester Carmel Magro li miet f’Jannar ta ‘din is-sena. Mgr Magro kien mir- Rabat Malta iżda l-familja tiegħu oriġinarjament…

Reliġjon

Il-parroċċi ta’ Ħad-Dingli u l-Imġarr qed jistiednu lis-sewwieqa tal-muturi biex nhar l-Erbgħa 15 ta’ Awwissu 2018 jieħdu sehem f’pellegrinaġġ bil-mutur tagħhom mill-Imġarr għal Ħad-Dingli. L-inizjattiva qed tittieħed minn żewġ parroċċi…

Aktar