Attivita'
Imfakkar il-100 sena anniversarju mill-mewt ta’ Claude Debussy

Biex tiċċelebra l-mitt sena anniversarju minn meta miet Claude Debussy, Teatru Manoel se jtella’ serata.

Nhar il-25 ta’April fit-8pm se ssir serata fejn se jittellgħu l-aħjar siltiet tal-kompożitur bis-sehem tal-pjanista  Gisèle Grima ,Miriam Cauchi (Soprano), Akos Kertesz (Cello) u Nemanja Ljubinkovic.

Claude Debussy twieled f’familja fqira fi Franza, 1862. It-talent tiegħu fil-pjanu kien ħatu f’Pariġi fl-età ta’ 11-il sena u ta’ 22 rebaħ il-Prix de Rome, li finazzjatlu sentejn ta’ studju f’Ruma.

Is-serata se tinkludi Préludes Premier Livre (1909-1910), Mélodies pour soprano et piano (1876-1891), Sonate pour violoncelle et piano (1915), Images Premier Livre (1901-1905), Ariettes Oubliées (1885-1887) u Sonate pour violin et piano (1917).

Aħbarijiet Oħra
Attivita'

Fi tmiem it-terminu tagħha bħala l-President ta’ Malta, l-E.T. Marie-Louise Coleiro Preca se tkun qed tiltaqa’ mal-pubbliku f’Malta u Għawdex. Il-pubbliku se jkun jista’ jiltaqa’ mal-President Coleiro Preca nhar is-Sibt…

Attivita'

Heritage Malta qed torganizza Open Day fid-Domvs Romana, ir-Rabat. Dawk li jżuru d-Domvs Romana, ikunu jistgħu jieħdu idea ta’ kif kienet tkun id-dar ta’ aristokratiku Ruman żmien twil ilu. Il-mużajk…

Attivita'

Li tkun preżenti fit-tempji preistoriċi tal-Mnajdra, l-Qrendi, fi sbieħ il-jum huwa diġà mument uniku. Iżda għada, il-pubbliku se jkun jista’ josserva wkoll l-ewwel raġġi tax-xemx hekk kif jidħlu direttament mill-entratura…

Aktar