Attivita
Imħajjar titgħallem kif tagħmel l-inbid?

Il-Kunsill Lokali taż-Żejtun flimkien mal-Għaqda Għassara tal-Inbid se jkunu qed jorganizzaw kors ‘Kif Tagħmel l-Inbid?’. Dan il-kors bażiku bla ħlas se jkun qed isir fuq tliet darbiet it-Tnejn 21, 28 ta’ Mejju u 4 ta’ Ġunju, 2018 bejn is-6:00 p.m. u s-7:30 p.m. fis-Sala tal-Kunsill Lokali taż-Żejtun, Triq Sant’ Anġlu, iż-Żejtun.

Matul dawn it-tliet laqgħat dawk li se jattendu se jkunu qed jitgħallmu dwar l-apparat u l-ingredjenti li għandek bżonn biex tagħmel l-inbid; Kif tagħraf għeneb tajjeb għall-għasir; Il-ħmira naturali mqabbla mal-ħmira tal-pakkett; L-istadji differenti tal-proċess biex tagħmel l-inbid: it-tagħsir tal-għeneb, għaliex l-inbid ma jibqax ibaqbaq, u għaliex tagħmel it-taqlib (racking);L-importanza tal-indafa; L-użu tal-idrometru; Kif taħżen l-inbid, kif jimmatura u kif jiġi bbottiljat.

Il-kors hu miftuħ għal kulħadd minn Malta kollha. Dan il-kors huwa miftuħ ukoll għal dawk li qatt m’għamlu inbid u jixtiequ jkunu jafu l-proċess kif isir.

Bħala rikonoxximent se jkun qed jingħata ċertifikat ta’ attendenza lil dawk li jkunu attendew it-tliet ġranet li huma tal-kors.

Il-postijiet huma limitati. Għaldaqstant biex tirreġistra għal dan il-kors ċempel fuq 99 203 815 jew 21 663 866 jew ibgħat posta elettronika fuq [email protected] sa mhux aktar tard mis-Sibt, 19 ta’ Mejju, 2018.

Il-Kunsill Lokali taż-Żejtun se jkun qed jorganizza wkoll kompetizzjoni tal-inbid f’tliet kategoriji: inbid abjad, aħmar, u rosè, il-Ħamis 5 ta’ Lulju, 2018. Kull parteċipazzjoni hi bla ħlas.

Aħbarijiet Oħra
Attivita

4Teenth Productions taħt id-direzzjoni ta’ Dominic Said qed jilqgħu is-sejħiet ta’ interess għal auditions li ser isiru għall-produzzjoni ġdida ‘Il-Praspar ta’ Kunċett u Marinton’ mill-ktieb ta’ Trevor Zahra. Din ser ssir fl-aħħar weekend t’Ottubru u fl-ewwel weekend ta’…

Attivita

Il-unions tal-Pulizija ngħaqdu biex nhar is-Sibt fil-Belt jorganizzaw mixja b’solidarjetà mal-membri tal-Korp. Fi stqarrija mill-Police Officers Union, il-Malta Police Association u l-Malta Association of Retired Police Officers intqal li l-mixja…

Attivita

Is-Sibt u l-Ħadd li ġej se jkunu jumejn ta’ attivitajiet divertenti u edukattivi għall-familja kollha, organizzati minn Heritage Malta u mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili bħala parti mill-Ġimgħa għas-Servizz Pubbliku 2018. Din…

Aktar