Attivitajiet Kulturali
Imxi l-Passjoni ta’ Ġesù ġo xelter

4Teenth Productions qed joħolqu l-istorja  tal-Passjoni ta’ Ġesù Kristu f’ambjent u aspett differenti minn dak li normalment naraw. L-istorja mhux sempliċiment qed tismagħha jew issegwiha iżda tidħol fiha.

Yeshua Minaż’rat, li bil-Malti tfisser Ġesù ta’ Nazaret, hija walkthrough li se tistiednek tinżel fix-xelter li jinsab fit-Triq tal-Knisja ta’ San Ġorġ . Walkthrough – fejn il-Passjoni mhux se taraha bħalma tara d-dramm, imma fejn l-istorja qed titlaq minn post għall-ieħor u filwaqt li li qed timxi f’dan il-post mal-atturi stess, l-istorja tal-passjoni tkompli tiżviluppa.

F’shows ta’ dat-tip ix-xogħol jorbot fuq il-loġistika tal-post kif ser jinqasam skont l-istorja, però x-xogħol kollu jibbaża fuq l-atturi nfushom. L-atturi fosthom l Adrian Azzopardi, Clint Chircop, John Suda, Jeanelle Spiteri, Philip Mizzi, Lydia Portelli u tant oħrajn ikollhom mhux skeda ta’ provi dwar l-iscript u dwar l-istorja, iżda flimkien jaħdmu fuq sitwazzjonijiet li jistgħu jinqalgħu minn mument għall-ieħor – għax l-udjenza tilgħab parti importanti fl-istorja.

Ix-shows jibdew l-Erbgħa 28 ta’ Marzu mit-8:00 p.m. sal-10:00p.m., il-Ħamis 29 (Ħamis ix-Xirka) mit-8:00 p.m. sal-11:30 p.m. u l-Ġimgħa (nhar il-Ġimgħa l-Kbira) mid-9:00 a.m. sa 12:00p.m. Is-shows jieħdu massimu ta’ 22 ruħ jiġifieri l-udjenza hija intima mal-attur, u allura verament se ssegwi l-istorja mill-qrib.

Kull min sejjer Ħal Qormi f’dawn il-jiem jista’ jara diversi wirjiet fil-qrib fosthom il-wirja ‘Hakeldama’ li fiha tinkludi wirja ta’ vari uniċi maħdumin minn Michael u Joe Cutajar Zahra,wirja ta’ pitturi minn Kurt Friggieri u esebizzjoni ta’ fotografija. Fl-istess akwata hemm il-Knisja ta’ San Ġorġ li f’dawn il-jiem ikollha l-vari tal-Ġimgħa l-Kbira armati.

‘Yeshua Minaż’rat’ qed titella’ minn 4Teenth Productions b’kollaborazzjoni mal-Kumitat Festi Esterni kif ukoll il-Kunsill Lokali Ħal Qormi.

Aħbarijiet Oħra
Attivitajiet Kulturali

L-aħħar serata qabel waqfa tul is-Sajf mis-sensiela mużiko-letterarja, ‘Iljieli fit-Teatru’, se tkun qegħda ssir nhar it-Tnejn 4 ta’ Ġunju, 2018, fil-Green Room ta’ Pjazza Teatru Rjal, il-Belt Valletta. Tul din…

Attivitajiet Kulturali

Heritage Malta se torganizza attività dwar misteri u stejjer sopranaturali marbuta mal-Forti Sant’Anġlu.  Minbarra li huwa ġawhra fl-istorja kulturali ta’ Malta, dan il-forti għandu ħafna misteri u leġġendi marbuta mal-istorja…

Attivitajiet Kulturali

Nhar is-Sibt 19 ta’ Mejju 2018 il-Kunsill Lokali ta’ Ħal Luqa ser ikun qiegħed jorganizza l-attività annwali tiegħu bl-isem ta’ ‘Ħal Luqa mal-Medda taż-Żmien’. Bħal ta’ kull sena l-Kunsill jieħu…

Attivitajiet Kulturali

Il-Kunsill Lokali San Ġiljan qed jorganizza Lejla Folkloristika nhar il-Ġimgħa 4 ta’ Mejju 2018 fil-Pjazza tal-Balluta u mad-dawra tal-Pjazza, mis-06:00 ta’ filgħaxija ‘l quddiem. Waqt din l-attività se jieħdu sehem,…

Aktar