Attivita'
In-Neputija tal-Kappillan se ġġennen raħal

Issa  aħjar! Mhux biżżejjed li kemm ilu msiefer Dun Benit telaqlu s-sagristan. Issa ġew jimewlu rasu  illi qed tinħema konfoffa kontrih minn ħadd ħlief Pippo Burrone; is-Sindku u l-President tal-Każin  tal-banda tar-raħal u l-għarus t’oħt Dun Benit ! Is-sabiħa mhux din, li  l-isqof se jibgħatlu xi monsijur biex jeżamina l-qlajjiet li nqalgħu fuqu, il-kappillan, ukoll! Biex tkompli tgħaqqad, filli n-neputija tal-kappillan qed tgħid li sejra soru, u filli n-nies tar-raħal jarawha f’sakra ma tarax art! Imma kemm jiflaħ jaqla’ iżjed fuq wiċċu l-Kappillan Dun Benit?

 

Mill-pinna ta’ Joe Gatt, 4Teenth Productions se twassal ‘In-Neputija tal-Kappillan’, kummiedja li ma’ ħafna m’għandiex bżonn t’introduzzjoni. U daqstant ieħor m’għandhomx bżonn introduzzjoni l-kast li ser iwassal din il-kummiedja kollha daħq f’Ħal Qormi f’Mejju li ġej. Fil-partijiet ewlenin insibu lil Veronica Mizzi fil-parti tan-Neputija tal-Kappillan, Mario Camilleri fil-parti ta’ Dun Benit, Patrick Tanti fil-parti ta’ Pippo Burrone, Renato Dimech fil-parti tal-Monsinjur, Matthew Balzan fil-parti ta’ Giovanni Amoroso, Gabriella Parsons fil-parti ta’ Serafina u Amanda Cachia fil-parti ta’ Giżella. Ma jonqsux ukoll Marthese Parascandalo bħala Madre Roberta  u Marisa Aquilina li ser tinterpreta l-parti ta’ Suor Silvana, is-soru li tieħu r-ritratti tal-istejjer ta’ Dun Benit sabiex b’hekk it-tifkiriet tal-praspar, ma jmutu qatt u xi darba, fil-ġejjieni ‘l bogħod, kulħadd jidħaq bih innifsu.

Il-kummiedja ‘In-Neputija tal-Kappillan’ ser titella’ nhar is-Sibt 19 ta’ Mejju fis-7:30pm u l-Ħadd 20 ta’ Mejju fis-6:30pm ġewwa l-Oratorju Sagra Familja, Ħal Qormi. Bookings fuq 79096060.

Aħbarijiet Oħra
Attivita'

Fis-Sala Kappella tal-Mirakli fil-Ġnien tal-Mirakli, Ħal Lija se jsir il-festival taċ-ċitru. Hawnhekk se jkun hemm il-bejgħ tal-frott, ikel lokali u inernazzjonali kif ukoll bejgħ tal-prodotti tal-għasel. Il-festival se jsir fl-20…

Attivita'

Skont il-Kummissjoni Għolja tal-Ġnus Magħquda għar-Refuġjati, illum 13.1 miljun persuna fis-Sirja għandhom bżonn għajnuna umanitarja – dan minħabba 8 snin ta’ gwerra ċivili krudili u persekuzzjoni kontra l-Kristjani li ġarrbu…

Attivita'

Amigos huwa grupp magħmul minn żgħażagħ, li jwettqu xogħol volontarju u jagħmel parti mis-Segretarjat Missjonijiet Agostinjan. Ta’ kull sena jwettqu xogħol missjunarju, ‘il barra minn xtutna. Din is-sena jagħlqu 25…

Attivita'

Taħt id-direzzjoni tas-Surmast Etienne Spiteri, il-Banda San Ġiljan se ttella’ kunċert mużikali bl-isem Music from Vienna, li jikkonsisti minn repertorju esiġenti u magħruf tal-kompożitur Awstrijakk Johann Strauss Jr, li żgur…

Aktar