Reliġjon
Ir-rakkont tat-Triq tas-Salib bil-mużika

“Se ngħannulkom din il-ġrajja
f’erbatax-il pass qaddis,
illi mexa Kristu Sidna
bl-għuda tas-salib għażiż.”

Hekk tibda l-ewwel għanja tar-rakkont tat-Triq tas-Salib bil-mużika ‘Ikun Li Trid Int’, miktuba minn Thérèse Cassar u Manwel Mifsud. Għalkemm għaddew 42 sena mill-ewwel produzzjoni tagħha, din il-kantata Maltija għadha żżomm postha fil-qlub tal-Maltin u l-Għawdxin,
u bir-raġun.

B’melodiji sempliċi u effettivi, twassal mhux biss rakkont ħaj tal-Passjoni, imma wkoll taqsam ħsibijiet li għadhom relevanti għas-soċjetà tagħna. Kien għalhekk li grupp ta’ żgħażagħ mill-parroċċa tal-Mellieħa bdew jaħdmu fuq produzzjoni ta’ ‘Ikun Li Trid Int’.

Biż-żieda ta’ ħsibijiet u koreografija mal-kliem u l-mużika tradizzjonali, jittamaw li jgħinu lil kull min jattendi biex jirrifletti dwar is-sagrifiċċju tal-imħabba ta’ Kristu.

Din il-produzzjoni se tittella’ fil-Knisja Arċipretali tal-Mellieħa, nhar is-Sibt 24 ta’ Marzu 2018, fis-7.30pm.

Id-dħul huwa b’xejn. Kulħadd huwa mistieden.

Aħbarijiet Oħra
Reliġjon

Nhar il-Ġimgħa 29 ta’ Novembru 2019 jingħata bidu għal disgħa t’ijiem ta’ Novena ta’ preparazzjoni għall-Festa tal-Immakulata Kunċizzjoni fl-Imqabba. In-Novena tiftaħ fil-Knisja Parrokkjali tal-Imqabba fil-5:30pm bir-reċita tar-Rużarju. Wara tingħad il-Kurunella tal-Immakulata Kunċizzjoni u tingħata l-Barka…

Reliġjon

Fl-okkażjoni tal-400 sena mill-inkwadru tal-Madonna ta’ Pinu, ix-xbieha pellegrina se tkun qiegħda tintlaqa’ fil-Parroċċa ta’ Birżebbuġa fix-xahar t’Ottubru, xahar iddedikat lil Ommna Marija. L-Inkwadru jasal l-Erbgħa 9 t’Ottubru fit-8.00pm, meta…

Reliġjon

L-Assoċjazzjoni Publju ta’ Malta tgħid li għall-Maltin il-Kapitlu 28 tal-Atti tal-Appostli huwa speċjali, għax insibu r-rakkont tal-ġrajja tal-miġja ta’ San Pawl f’pajjiżna u l-laqa’ li Publju, l-prinċep tal-gżira għamillu. Il-figura…

Reliġjon

Nhar il-Ħadd 25 ta’ Awwissu, wara nuqqas ta’ aktar min tletin sena l-Luqin ser jerġgħu jaraw l-istatwa devota tal-Madonna taċ-Ċintura, lura fit-toroq tar-raħal. Kienet ilha ħafna x-xewqa tal-Luqin li din…

Aktar