Mużika
Ira Losco b’kunċert fis-sajf – Women in Music

Magħrufa għall-enerġijja u l-kariżma tagħha fuq il-palk il-kantawtriċi Ira Losco ħabret il-kunċert tas-sajf Women in Music. Dan il-kunċert ser jsir fi 18 ta’ Awissu 2018 fi Teatru Rjal il-Belt u jagħmel parti mill-attivitajiet tal-V18 li huma pjanati għal dan is-sajf.

L-aħħar kunċert ta’ Ira sar fil-Milied li għadda ġewwa l-Hilton flimkien ma’ artisti oħra li kienu mistiedna. Din id-darba “Women in Music” ser jittella’ fil-Belt Kapitali. Il-kunċert huwa ċelebrazzjoni tan-nisa fl-industrija. Jimmira li jrodd ħajr lil nisa kemm lokali kif ukoll internazzjonali li ħallew il-marka tagħhom matul iż-żminijiet. Ira ser idoqq ukoll ir-repertorju estensiv tagħha mill-aħħar album doppju “No Sinner No Saint.” F’dan l-album insibu l-mitt diska ta’ Ira.

Wara kollaborazzjoni internazzjonali ma’ Jason Derulo dan il-kunċert jilqa’ wkoll kollaborazzjonijiet ma’ artisti internazzjonali u lokali varji oħra. Aktar informazzjoni fuq l-artisti li ser jingħaqdu ma Ira fuq il-palk dakinhar ser tkun fuq il-midja soċjali.

Ira Losco għadha kif nediet l-album doppju tant mistenni tagħha “No Sinner No Saint” fl-istess żmien li qiegħda tiċċelebra 15-il sena ta’ kariera fil-mużika.  L-album jinkludi 22 kanzunetta ġdida kif ukoll żewġ bonus tracks.

Biljetti għall-kunċert ser joħorġu għall-bejgħ il-Ħamis 26 ta’ Lulju min fuq www.ticketline.com.mt fid 9:00 AM. Prezzijiet tal-biljetti huma €20 u €25. Min jixtri biljett jista’ wkoll jixtri “No Sinner No Saint” bi prezz speċjali ta’ €10.

Aħbarijiet Oħra
Mużika

It’s March 2019 and the Gozo Youth Orchestra, under the direction of Mro. Dr. Joseph Grech and in collaboration with 7SPP and Festivals Malta, is once again on the road….

Mużika

Il-Qtates ta’ max-Xatt huwa spettaklu maġiku għat-tfal li se jiftaħ il-programm ta’ Teatru Malta għall-2019 fit-23 u l-24 ta’ Frar bi sħubija ma’ Festivals Malta. Din il-produzzjoni hija adattament tal-ktieb…

Mużika

Rock ’N Malta are proud to present Pink Floyd’s founding member Nick Mason and his band Saucerful of Secrets live in concert on the 10th of July at St.George’s Square,…

Mużika

Iktar minn 40 drummer Belġjan u iktar minn 50 drummer Malti se jieħdu sehem fl-ewwel edizzjoni ta’ Drumfest li se jsir f’Malta. Il-festival jikkonsisti f’medley ta’ kanzunetti popolari li se…

Aktar