Mużika
Ira Losco tiċċelebra l-15-il sena fix-xena mużikali b’kunċert tal-Milied

Kunċert tal-Milied minn Ira Losco.  Il-kantawtriċi Maltija se tkun qed tagħti kunċert biex is-segwaċi tagħha jerġgħu jgħixu l-emozzjonijiet mill-isbaħ li kienu għexu meta nediet l-album tagħha.

Dan il-kunċert jimmarka ħmistax-il sena ta’ suċċessi fil-qasam tal-mużika, li matulhom ħarġet sensiela ta’ kanzunetti u albums li laħqu l-quċċata tal-klassifiki, tat kunċerti li kienu mibjugħin u ħadmet videos li għamluha waħda mill-aktar kantanti segwiti f’pajjiżna.

Ira Losco u l-band tagħha ser jdoqqu diski mir-repertorju estensiv tagħha li ser jinkludi kanzunetti tal-passat, ‘hits’ aktar reċenti, diski ġodda mill-album doppju tant mistenni, kif ukoll xi kanzunetti tal-Milied biex jżiedu mal-atmosfera festiva tal-istaġun.

Minbarra l-varjetà tal-mużika, l-ispettaklu se jinkludi wkoll xi mistednin speċjali kif ukoll sorpriżi eċċitanti esklussivi għal dawk li jattendu. Il-mużiċisti mistiedna li ser jiftħu dan il-kunċert  huma ‘The New Victorians’u ‘Joe Roscoe’.

Il-kunċert ta’ Ira Losco se jsir fit-23 ta’Diċembru fil-Grand Master Suite tal-Hilton, f’San Ġiljan.

Aħbarijiet Oħra
Mużika

Is-Soċjetà Korali ta’ San Pawl se ttella’ kunċert tal-Milied nhar il-Ġimgħa 15 ta’ Diċembru fis-7pm fil-Knisja ta’ San Duminku tar-Rabat. Il-kunċert se jsir taħt id-direzzjoni ta’ Dr Hugo Agius Muscat…

Mużika

L-Amadeus Chamber Choir u l-Orkestra bil-parteċipazzjoni tal-Banda tal-Pulizja se jtella’ kunċert annwali tal-Milied Prelude to Christmas b’risq id-Dar tal-Providenza. Il-kunċert se jsir taħt id-direzzjoni ta’ Mro Brian Cefai, fil-Katidral tal-Imdina…

Mużika

Something new for the Sanctuary Choir this year; possibly for you, too. Britten’s ‘A Ceremony of Carols’ performed with the incomparable Jacob Portelli on harp. To complete the programme, there…

Mużika

Wara s-suċċess li l-Banda Stella Maris għamlet fil-kunċert tal-Festa ta’ Stella Maris, is-Soċjetà qiegħda torganizza l-kunċert Orkestrali tal-Milied. Għal din is-sena l-kumitat se jippreżenta kunċert ta’ mużika moderna u klassika,…

Aktar