Attivitajiet Kulturali
Is-saħħa mentali t-tema prinċipali tal-produzzjoni Is-Serra

Is-saħħa mentali se tkun it-tema prinċipali fil-produzzjoni Is-Serra minn Teatru Malta.

Miktuba fl-1958, u mtella’ fl-1980 – din il-kummiedja skura u minaċċanti ta’ Harold Pinter dwar abbuż f’istituzzjoni tas-saħħa mentali għadha rilevanti ħafna u li nistgħu nirrelataw magħha.

Is-Serra tixħet dawl skomdu fuq il-korruzzjoni u l-inumanità każwali li jdennu l-fond tal-pedamenti burokratiċi tal-awtorità istituzzjonali; xogħol kurjuż li jfakkar stejjer reċenti li ħarġu mill-ixquq ta’ xi sptar lokali

The Hothouse fil-fatt inkitbet mid-drammaturgu kontemporanju magħruf mad-dinja kollha Harold Pinter. Dan il-proġett huwa wkoll parti minn The Classics Project, l-inizjattiva fit-tul ta’ Teatru Malta għat-traduzzjoni, produzzjoni u pubblikazzjoni ta’ klassika moderna fis-sena. Din is-sena għażlu li jiffokaw fuq Harold Pinter bħala kommemorazzjoni tal-għaxar anniversarju mill-mewt tiegħu. Bi traduzzjoni eċċellenti mill-kittieba tad-drammi stabbilita Simone Spiteri, l-istorja sseħħ f’sanatorju li jitmexxa mill-istat, fejn l-hekk imsejħa “pazjenti” fil-fatt huma dissidenti soċjali li jiġu tturmentati b’diversi trattamenti korrettivi qawwijja. It-traduzzjoni Maltija taħdem perfettament, biex il-karattri jinħassu tassew familjari.

Teatru Malta għażel li jgħaqqad il-programm tad-Diretturi Żgħażagħ ma’ dan id-dramm klassiku. Għaldaqstant, Is-Serra se titmexxa mid-direttur żagħżugħ ta’ Teatru Malta għall-2018, Andre’ Agius permezz tal-konsulenza ta’ Irene Christ, direttriċi Ġermaniża ta’ fama professjonali; u mtella’ fit-teatru komunitarju ta’ Mount Carmel stess.

It-titlu jinkludi veterani lokali bħal Victor Debono, li ma tantx jeħtieġ introduzzjonijiet u li se jieħu r-rwol ewlieni ta’ Roote, id-direttur tal-istituzzjoniji mentali mhedded u li ma jiġix rispettat. Huwa tilef it-tmun tiegħu nnifsu u tal-istitut li jirrappreżenta. Rwoli oħra ewlenin jinkludu lil Gibbs, l-impjegat ambizzjuż għall-aħħar tal-istituzzjoni mentali li se jiġi interpretat minn Mark Mifsud filwaqt li Maria Buckle se tieħu r-rwol iebes ta’ Miss Cutts, karattru makakk ferm. Il-kast fih għadd ta’ favoriti tat-teatru Malti bħal Joe Depasquale, Anthony Ellul, Benjamin Abela u Kurt Castillo.

25% mill-bejgħ kollu tal-biljetti ta’ Is-Serra se jingħata wkoll bħala donazzjoni lill-Fondazzjoni Richmond.

Il-produzzjoni Is-Serra ta’ Teatru Malta se ssir fis-26, is-27, it-28 u d-29 ta’ April.

Aħbarijiet Oħra
Attivitajiet Kulturali

Għal sena oħra konsekuttiva, nhar il-Ħadd li ġej 21 ta’ Ottubru 2018 għall-ħabta tas-6.00 ta’ filgħaxija, ser tkun qiegħda tittella’ l-akbar fjakkolata fil-gżira ta’ Għawdex ġewwa r-raħal ta’ Santa Luċija….

Attivitajiet Kulturali

Nhar il-Ħadd, 7 t’Ottubru, Heritage Malta se tkun qed tiftaħ Għar Dalam u l-Mużew tiegħu f’Birżebbuġa għall-pubbliku bla ħlas. Din hija opportunità biex wieħed iżur l-eqdem sit preistoriku li hawn…

Attivitajiet Kulturali

Jekk tħobb u għandek għal qalbek l-għasafar din l-attività żgur ma tistax titlifha. Biex tiċċelebra l-EuroBirdwatch18, BirdLife Malta se tagħmel sensiela ta’ attivitajiet fil-Buskett nhar is-Sibt 6 u l-Ħadd 7…

Aktar