Attivita'
Is-senswalità tat-Tango maż-żfin kontemporanju fit-Teatru Manoel

Wara s-suċċess tal-fużjoni bejn il-flamenco u ż-żfin kontemporanju, it-Teatru Manoel din is-sena qed jippreżenta lill-Moveo Dance Company bl-aħħar produzzjoni tagħhom El Tango – taħlita ta’ tango senswali maż-żfin kontemporanju.

Il-koreografu Dorian Mallia qal li ż-żewġ stili evolvew mas-snin tant li rnexxielu joħloq moviment ta’ tango kontemporanju daqs li kieku nibtet lingwa unika.  Il-proċess kreattiv ta’ din il-produzzjoni qanqlet bosta emozzjonijiet, bl-iktar waħda qawwija hija l-imħabba.

Il-passjoni, is-senswalità u s-sbuħija magħqudin fllimkien se jkunu qed iqanqlu emozzjonijiet kbar lill-udjenza li se tattendi għal din ir-rappreżentazzjoni li se ssir fil-25, is-26 u s-27 ta’ Mejju fit-8pm.  Iktar tagħrif jista’ jinkiseb minn www.teatrumanoel.com.mt.

Aħbarijiet Oħra
Attivita'

Fuq l-ixkafef tal-libreriji tagħna nsibu kotba t’awturi minuri qoxra ma’ qoxra ma’ kotba ta’ ġganti letterarji. Tul kors ta’ sentejn sħaħ, l-istudenti tad-Diploma fil-Letteratura Maltija stħarrġu għadd t’awturi sabiex jixħtu dwal…

Attivita'

Għada Ħal Qormi se jibqa’ mqajjem għal-Lejl f’Casal Fornaro. L-avveniment jippromwovi l-kultura, tradizzjoni u folklor Malti. L-attività tiffoka l-aktar fuq it-tradizzjoni tal-ħobża Maltija. Bl-attivitajiet jimirħu f’diversi toroq ta’ Ħal Qormi,…

Wirja

Se titnieda l-Maltex Philatelic Exhibition and Collectors’ Fair, wirja li se tiġbor fiha fost l-oħrajn kollezzjonijiet ta’ oġġetti tat-Tieni Gwerra Dinjija. Dan minbarra li se jkun hemm għall-wiri fliexken tradizzjonali…

Attivita'

Malta Feline Guardians Club (MFGC) se ttella’ xow tal-qtates bejn is-27 u t-28 t’Ottubru f’Montekristo. Dawk kollha li jħobbu l-qtates huma mħeġġa biex jattendu u jipparteċipaw biċ-ċans li jirbħu l-premju…

Aktar