Attivita'
Is-Siġġiewi jiċċelebra l-festa tal-għeneb nhar il-Ħadd

Inbid, ikel, frott u ħafna aktar. Dawn huma kollha prodotti li tista’ tagħmel mill-għenba, frotta li l-Maltin u l-Għawdxin iħobbu ferm. U dawn il-prodotti se jkunu kollha f’post wieħed, fil-festa Għeneb 2019 fil-Pjazza tas-Siġġiewi.

Għat-tmien sena konsekuttiva, l-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi, nhar il-Ħadd, 25 ta’ Awwissu, mis-6.30 ta’ filgħaxija qed jorganizza “Festa Għeneb” fil-pjazza tas-Siġġiewi fejn il-pubbliku jista’ japprezza frott ix-xogħol li jkun sar fl-ikkultivar tal-mixtliet tal-għeneb fl-għelieqi Siġġiewin matul din is-sena. Għaldaqstant ma jistax jonqos li jkun hemm fejn wieħed jixtri l-għeneb u nbid Malti.

Bħala attrazzjonjiet speċjali se jkun hemm esebizzjoni unika tal-kalċijiet tal-Parroċċa fil-Knisja Arċipretali li wħud minnhom imorru lura għall-bidu tas-Seklu 17, wirja ta’ xogħolijiet artistiċi fil-kappella ta’ Santa Marija Ta’ Ċwerra, għana tradizzjonali Malti f’Dar Ommna Marija u logħob tradizzjonali Malti għat-tfal, kompetizzjoni tal-inbid u spettaklu ta’ kant u żfin fost oħrajn.

Ma jonqsux stands b’ikel u xorb tradizzjonali Malti għall-gosti ta’ kulħadd.

Din l-attività qed tkun organizzata b’kollaborazzjoni ma’ Vitimalta, l-akbar organizzazzjoni Maltija li tikkultiva l-għeneb (www.vitimalta.org), kif ukoll bl-appoġġ tal-Awtorità tat-Turiżmu u s-Segretarjat Parlamentali għall-Kultura u l-Gvern Lokali. Id-dħul minn din l-attività se jkun b’risq id-Dar tal-Providenza.

Dawk li jixtiequ jipparteċipaw fil-kompetizzjoni tal-Inbid jistgħu jirreġistraw fiċ-Ċentru Ċiviku tas-Siġġiewi bejn l-Erbgħa, 21 ta’ Awwissu sal-Ħamis, 22 ta’ Awwissu mis-7.00pm sat-8.30pm. Il-ħlas huwa ta’ €3.50 għal kull flixkun. Din il-kompetizzjoni hija mmirata lejn dawk id-dilettanti li jipproduċu kwantitajiet żgħar.

Il-lokalità tas-Siġġiewi tista’ tiftaħar li għandha aktar minn 530,000 metru kwadru ta’ dwieli u għalhekk hija l-lokalità bl-għola numru ta’ mixtla tad-dwieli. Hu stmat li hemm madwar 400 familja mis-Siġġiewi li huma direttament involuti fl-ikkultivar tad-dwieli.

Għal aktar informazzjoni segwu l-paġna ta’ Facebook.

Aħbarijiet Oħra
Attivita'

Heritage Malta tħabbar li ser jerġa jibda l-programm popolari tas-sajf tal-Passaport tal-Istudenti biex tkompli tiżdied l-aċċessibiltà għall-wirt kulturali. Dan il-Programm li jara l-bidu tiegħu nhar it-Tlieta, 21 ta’ Lulju 2020…

Attivita'

Għal sena oħra, l-Għaqda tal-Malti qiegħda tikkollabora mad-Dipartiment tal-Malti fl-Università sabiex torganizza t-taħdita #tunattoga… u mbagħad? F’din it-taħdita se jipparteċipaw seba’ kelliema, ilkoll gradwati tal-Malti jew li segwew xi kors…

Attivita'

Għada f’Sibt il-Għid, fil-Birgu fid-9.00pm ser tinżamm tradizzjoni li ilha għaddejja għal aktar minn 100 sena; dik magħrufa bħala “Il-Begigga.” Din it-tradizzjoni kienet bdiet meta xi ħadd li kellu dak…

Attivita'

The Kummissjoni WEB, which is the media team within the Soċjetà Santa Marija u Banda Re Ġorġ V tal-Imqabba, during these last 3 weeks embarked on a project to organise…

Aktar