Is-Soċjetà Filarmonika Leone se ttella’ l-kunċert Leone Goes Pop

Nhar il-Ħamis 6 ta’ Ġunju 2019, lejlet festa pubblika, is-Soċjetà Filarmonika Leone A.D. 1863 se tkun qed ittella’ t-tnax-il edizzjoni tal-kunċert spettakolari fl-apert Leone Goes Pop fi Pjazza Indipendenza, il-Belt Victoria ta’ Għawdex.

Fit-tnax-il edizzjoni ta’ dan il-Kunċert, il-Banda Ċittadina Leone, taħt id-direzzjoni tas-Surmast Colin Attard, se tkun qed toffri spettaklu kbir ta’ mużika pop popolari ta’ diversi deċenji. Dan se jkun bil-parteċipazzjoni tal-kantanti rinomati u stabbiliti Chris Grech, Amber Bondin u Mario Caruana, flimkien mal-kantanti promittenti Għawdxin Sarah Bonnici u Denise Mercieca, flimkien mal-kor residenti tas-Soċjetà Aurora Youth Choir.

Is-Soċjetà dejjem tara li fil-produzzjoniet mużikali li hija tagħmel, toffri spazzju lil żgħażagħ sabiex ikollhom pjattaforma b’saħħitha fejn jesebixxu t-talent tagħhom. Infatti, is-sena l-oħra, fost il-kantanti kien hemm Michela Pace, li ftit xhur wara rebħet l-ewwel edizzjoni ta’ X Factor Malta u rrapreżentat lil pajjiżna fil-Eurovision Song Contest.

Id-dħul għal dan il-kunċert fl-apert huwa bla ħlas, fejn flimkien ma’ ‘l fuq minn elf siġġu għall-udjenza, wieħed jista jiekol fl-apert quddiem l-istabbilimenti fi Pjazza Indipendenza jew inkella fl-outside bars, filwaqt li jsegwi dan l-ispettaklu li jżewwaq l-mużika pop mill-Banda, l-kantanti u spettakli oħrajn ta’ arti performattiva u piroteknika.

Dan il-kunċert qed jittella’ bħala parti mill-programm t’attivitajiet Gozo Pops and Rocks mill-Ministeru għal Għawdex u parti miċ-ċelebrazzjonijiet ta’ Jum il-Belt Victoria mill-Kunsill Lokali  tal-Belt Victoria.

Aħbarijiet Oħra
Wirja

L-entużjasti tal-istorja li ma rnexxilhomx iżuru l-wirja temporanja ta’ Heritage Malta bl-isem Behind Closed Doors: Fort St Angelo and the Royal Navy 1906-1979 ġewwa l-Forti Sant’Anġlu jistgħu jgawdu din l-esperjenza…

Attivita'

BirdLife Malta’s ornithologists and birders have been studying bird migration with the help of bird ringing and satellite tagging for many years. This is the way to learn about birds,…

Attivita'

The Chinese Moon Festival is China’s second most important traditional celebration and is determined by astronomical observations of the sun’s longitude and the moon’s phases. Owing to the moon’s symbolic…

Reliġjon

L-Assoċjazzjoni Publju ta’ Malta tgħid li għall-Maltin il-Kapitlu 28 tal-Atti tal-Appostli huwa speċjali, għax insibu r-rakkont tal-ġrajja tal-miġja ta’ San Pawl f’pajjiżna u l-laqa’ li Publju, l-prinċep tal-gżira għamillu. Il-figura…

Aktar