Attivita'
It-tfal u l-arti

Nhar it-Tlieta, 10 ta’ Settembru, Heritage Malta se tkun qed twassal id-diskussjoni ‘Children on Paintings – Teaching History of Childhood’ minn Dr Orsolya Endrődy fil-mużew tal-arti MUŻA.

Inti edukatur jew għandek interess fit-tagħlim tal-arti u kif dan jista’ jsir?

Dr Orsolya Endrődy, mill-Università Eötvös Loránd ta’ Budapest, se tkun qed tiddiskuti kif il-pitturi li juru t-tfal matul l-istorja jistgħu jinqraw bħal testi kodifikati. Din it-taħdita se tesplora wkoll il-metodi ta’ kif wieħed jista’ jħajjar liż-żgħażagħ biex iżuru l-mużewijiet billi jintroduċihom ma’ xogħlijiet tal-arti, billi jgħinhom iħossuhom komdi f’mużew u permezz ta’ metodoloġiji li janalizzaw l-istampi. Dr Endrődy se titkellem ukoll dwar ċerti perspettivi li huma possibbli fil-metodoloġija tar-riċerka viżwali.

Din id-diskussjoni qed issir b’kollaborazzjoni mad-Dipartiment tal-Arti – Kommunitajiet Miftuħa u Edukazzjoni Adulta u l-ġurnal Malta Review for Educational Research.

Dħul bla ħlas. Ħin 7.00pm.

MUŻA tinsab fil-Berġja tal-Italja, Triq Merkanti, il-Belt Valletta.

Aħbarijiet Oħra
Attivita'

The Malta Feline Guardians Club (MFGC) invites you all with greatest pleasure for 3 days of WCF International Cats Shows. Also what makes this show Special 15 years of MFGC….

Attivita'

Is-Soċjetà Mużikali tal-Beland fiż-Żejtun din is-sena se tkun qed torganizza edizzjoni oħra tal-Beland Music Festival. L-edizzjoni ta’ din is-sena se tkun qed tittella fit-8, 9, u 10 ta’ Mejju ta’…

Attivita'

The National Library of Malta is hosting the second themed lecture programme covering 2019-2020 entitled ‘POWER, COSTUME & SCENOGRAPHY: Making Fashion a Statement in 18th-19th Century Malta’. This programme is…

Attivita'

Fil-Palazz ta’ Sant’Anton, nhar it-Tlieta 24 ta’ Diċembru se ssir il-Quddiesa tal-Milied fit-8pm.  Id-dħul huwa bla ħlas iżda biex wieħed jattendi huwa rrakkomandat li tibbukkja post biex jikseb invit.  …

Aktar