It-Triq tas-Salib fit-Toroq ta’ Ħad-Dingli

Fir-raħal pittoresk ta’ Ħad-Dingli, għat-tlettax–il sena konsekuttiva l-Għaqda Mużikali Santa Marija se tfakkar il-passjoni ta’ Sidna Gesu Kristu fit-toroq tal-istess raħal nhar it-Tlieta, 31 ta’ Marzu 2015 (btala pubblika).  Dan ser isir permezz ta’ Via Sagra drammatizzata organizzata flimkien mal-parroċċa.  Il-Via Sagra tibda fis-6.30 p.m. mill-każin tal-Għaqda Mużikali Santa Marija f’Misraħ Frenċ Abela u tintemm quddiem il-knisja parrokkjali.

L-għan ewlieni tal-organizzaturi hu li tul il-mixja fit-toroq ta’ Ħad-Dingli n-nies jirriflettu fuq il-passjoni ta’ Sidna Ġesu’ Kristu permezz tal-ħmistax-il stazzjon li ser jiġu animati matul it-triq u fi tmiem b’rappreżentazzjoni tal-mewt u l-qawmien fuq l-għolja f’nofs ir-raħal, fejn hemm mibnija l-knisja parokkjali.

Se jieħdu sehem ‘il fuq minn 130 personaġġ bibliku taħt id-direzzjoni tas-Sur Paul Azzopardi.  Magħhom jingħaqdu l-gruppi tal-iScouts u l-Girl Guides ta’ Ħad-Dingli, il-Kor Parrokkjali Regina Coeli taht id-direzzjoni tal-Maestro di Cappella James Chappell ALCM, LLCM, il-kantanta Josephine Ebejer Grech, u l-Banda Santa Marija taħt id-direzzjoni ta’ Mro Richard Bugeja F.L.C.M., F.V.C.M.(Hons.). Il-ħsibijiet se jinqraw mis-Sur Robert Mallia, il-Kav. Carmelo Bianchi u s-Sinjura Joyce Saliba.

Il-Via Sagra għandha bħala tema: “Is-Salib: Skola ta’ Mħabba.”  Il-ħsibijiet li jorbtu ma’ din it-tema huma tal-Via Sagra preseduta mill-Papa Benedittu XVI fil-Kolossew ta’ Ruma nhar il-Ġimgħa l-Kbira tal-2012. Dawn inkitbu mill-koppja Danilo u Anna Maria Zanzucchi mill-Moviment tal-Fokolari, bi traduzzjoni għall-Malti u addattament tas-Sur Mario Micallef.

Għal aktar tagħrif ċempel fuq 79728166.

Aħbarijiet Oħra
Attivita'

BirdLife Malta’s ornithologists and birders have been studying bird migration with the help of bird ringing and satellite tagging for many years. This is the way to learn about birds,…

Attivita'

The Chinese Moon Festival is China’s second most important traditional celebration and is determined by astronomical observations of the sun’s longitude and the moon’s phases. Owing to the moon’s symbolic…

Attivita'

L-artist żagħżugħ Belti Owen Leuellen se jkun parti minn rappreżentazzjoni live ġewwa Pjazza Mattia Preti fil-Belt Valletta (in-naħa ta’ Marsamxett) nhar it-Tnejn 16 ta’ Settembru. Din l-attività, li hija bla…

Attivita'

Gather your friends and join the party on Friday, 13th, Saturday 14th and Sunday 15th September, at the Marsa Sports Grounds. Guest DJ’s include Pierre Cordina, Kurt Ziggy, Alex Grech,…

Aktar