Ivan Grech b’kunċert għal Puttinu

Ivan Grech, kantant ta’ Winter Moods jirritorna fit-23 ta’ Lulju b’kunċert bħala solista f’Ta’ Liesse, il-Belt Valletta. Il-flus kollha mill-bejgħ tal-biljetti se jmorru għal Puttinu Cares.

Wara s-suċċess li kellu bil-kunċerti fl-2016 u l-2017, Ivan ser jirritorna fuq il-palk f’kunċert live li ser jinkludi diversi mużiċisti Maltin u mistednin Internazzjonali. Fi sfond tal-Port il-kbir, u l-faċċata tal-Isla, il-belt tat-twelid ta’ Ivan, dan il-kunċert ser ikun għal darb’oħra vjaġġ emozzjonali.

Illum, Ivan nieda wkoll l-ewwel diska tiegħu bħala kantant solist, Somebody Like You.  Somebody Like You ġiet irrekordjata f’Railway Studios. Peter Borg kien il-producer.

Għal aktar informazzjoni żur il-paġna ta’ Ivan fuq Facebook. Dan huwa avveniment ta’ Striped Sox.

Biljetti jinsabu għall-bejgh minn www.showshappening.com.

Aħbarijiet Oħra
Attivita'

On Friday 9th August Pjazza Teatru Rjal presents the third edition of Notte Italiana. It has become somewhat of a tradition that we usher in the month of August with…

Fl-okkażjoni tal-mitt sena mill-miġja fir-raħal tal-Vara Titulari ta’ Santa Venera V. u M., fis-7pm, se jitlaq pellegrinaġġ devozzjonali mill-Knisja Parrokkjali sal-Knisja l-Qadima. Ir-rotta li ħa jieħu l-Pellegrinaġġ se tkun simili…

Il-Parroċċa Santa Marija ta’ Ħad-Dingli se torganizza l-festa ta’ Santa Marija Maddalena fil-kappella ddedikata lil din il-qaddisa fuq l-irdumijiet ta’ Ħad-Dingli (ħdejn ir-radar). Il-festa se tiġi ċċelebrata nhar it-Tnejn 22 ta’ Lulju, 2019.  Fis-7.30…

Aktar