Reliġjon
Ix-xbieha pellegrina Ta’ Pinu se tintlaqa’ fil-parroċċa ta’ Birżebbuġa

Fl-okkażjoni tal-400 sena mill-inkwadru tal-Madonna ta’ Pinu, ix-xbieha pellegrina se tkun qiegħda tintlaqa’ fil-Parroċċa ta’ Birżebbuġa fix-xahar t’Ottubru, xahar iddedikat lil Ommna Marija.

L-Inkwadru jasal l-Erbgħa 9 t’Ottubru fit-8.00pm, meta jintlaqa’ mill-Parruċċani u jiddaħħal fil-knisja. Mill-Erbgħa sas-Sibt 12 t’Ottubru, il-Knisja ddum miftuħa sal-10pm bl-iskop li jinstab ħin ta’ skiet u talb quddiem Ommna Marija, ix-xbieha li tant hi meqjuma b’devozzjoni kbira f’dawn il-gżejjer.

Il-Ġimgħa 11 t’Ottubru, fit-8pm se ssir laqgħa għaż-żgħażagħ quddiem Marija u s-Sibt 12 t’Ottubru fl-10am nistiednu lill-morda u l-anzjani kollha għal ħin ta’ Rużarju u Quddiesa. Fis-6:30pm se ssir Quddiesa fuq iz-zuntier tal-Knisja u wara Velja ta’ Talb Marjana.

Iċ-ċelebrazzjonijiet jingħalqu l-Ħadd 13 t’Ottubru. Fid-9am se ssir il-Preżentazzjoni tat-trabi u t-tfal żgħar u għall-Quddiesa tal-11am, għaliha huma mistiedna l-familji kollha. Waqt din il-quddiesa t-Tfal jitolbu talba biex jikkonsagraw lill-familji tagħhom lil Marija.

Inħeġġu lin-nies, b’mod partikolari li joqogħdu fl-inħawi ta’ Birżebbuġa biex isibu ħin quddiem din l-Omm li dejjem lesta’ biex tisma’ lil uliedha. Għall-aktar informazzjoni tistgħu żżuru l-paġna tal-facebook: Parroċċa San Pietru fil-Ktajjen Birżebbuġa.

Aħbarijiet Oħra
Reliġjon

Nhar il-Ġimgħa 29 ta’ Novembru 2019 jingħata bidu għal disgħa t’ijiem ta’ Novena ta’ preparazzjoni għall-Festa tal-Immakulata Kunċizzjoni fl-Imqabba. In-Novena tiftaħ fil-Knisja Parrokkjali tal-Imqabba fil-5:30pm bir-reċita tar-Rużarju. Wara tingħad il-Kurunella tal-Immakulata Kunċizzjoni u tingħata l-Barka…

Reliġjon

L-Assoċjazzjoni Publju ta’ Malta tgħid li għall-Maltin il-Kapitlu 28 tal-Atti tal-Appostli huwa speċjali, għax insibu r-rakkont tal-ġrajja tal-miġja ta’ San Pawl f’pajjiżna u l-laqa’ li Publju, l-prinċep tal-gżira għamillu. Il-figura…

Reliġjon

Nhar il-Ħadd 25 ta’ Awwissu, wara nuqqas ta’ aktar min tletin sena l-Luqin ser jerġgħu jaraw l-istatwa devota tal-Madonna taċ-Ċintura, lura fit-toroq tar-raħal. Kienet ilha ħafna x-xewqa tal-Luqin li din…

Reliġjon

Minħabba t-temp mux daqshekk stabbli tal-bieraħ filgħaxija, kellha titħassar il-purċissjoni tas-Salib, hekk magħrufa bħala l-puriċssjoni ta’ Santu Kruċ f’Birkirkara. Din issa ġiet posposta għal għada l-Ħadd filgħodu, fejn wara l-quddies…

Aktar