Attivita'
Iż-Żurrieq ifakkar il-200 sena mill-miġja tal-istatwa Titulari ta’ Santa Katerina

B’tifkira tal-200 sena mill-miġja tal-istatwa Titulari ta’ Santa Katarina V.M. fiż-Żurrieq, is-Sezzjoni Żgħażagħ Palmisti fi ħdan is-Soċjetà Mużikali Santa Katarina V.M. A.D. 1864 ser ittellgħa Serata Mużiko-Letterarja bit-tema 200 SENA SSAĦĦARNA BI ĠMIELEK.

Matul din is-Serata Mużiko-Letterarja ser tkun qed tieħu sehem il-Piccola Banda tas-Soċjetà. Se jkun hemm Charles Coleiro li se jgħaddi tagħrif ta’ kif bdiet it-tradizzjoni tal-Vari Titulari f’pajjiżna u s-Sur Joseph Luke Mangion li se jagħti deskrizzjoni ċara ta’ x’ġara 200 sena ilu meta ż-Żrieraq riedu li jkollhom il-vara titulari tagħhom.

Ser ikun hemm ukoll Feature dwar żewġ anniversarji oħra li l-Parroċċa ta’ Santa Katarina V.M. taż-Żurrieq qedgħa tfakkar din is-sena, jiġifieri l-400 sena minn mindu ġiet Matriċi permezz tat-twaqqif tal-Parroċċa tal-Qrendi u l-125 sena mill-għoti tad-dinjità ta’ Arċipretali.

Din is-serata ser tittellgħa nhar is-Sibt 5 ta’ Mejju ġewwa l-Każin tal-Banda Santa Katarina V.M. fis-7:30pm. Kulħadd mistieden li jattendi u dħul huwa b’xejn.

Aħbarijiet Oħra
Attivita'

Fuq l-ixkafef tal-libreriji tagħna nsibu kotba t’awturi minuri qoxra ma’ qoxra ma’ kotba ta’ ġganti letterarji. Tul kors ta’ sentejn sħaħ, l-istudenti tad-Diploma fil-Letteratura Maltija stħarrġu għadd t’awturi sabiex jixħtu dwal…

Attivita'

Għada Ħal Qormi se jibqa’ mqajjem għal-Lejl f’Casal Fornaro. L-avveniment jippromwovi l-kultura, tradizzjoni u folklor Malti. L-attività tiffoka l-aktar fuq it-tradizzjoni tal-ħobża Maltija. Bl-attivitajiet jimirħu f’diversi toroq ta’ Ħal Qormi,…

Wirja

Se titnieda l-Maltex Philatelic Exhibition and Collectors’ Fair, wirja li se tiġbor fiha fost l-oħrajn kollezzjonijiet ta’ oġġetti tat-Tieni Gwerra Dinjija. Dan minbarra li se jkun hemm għall-wiri fliexken tradizzjonali…

Attivita'

Malta Feline Guardians Club (MFGC) se ttella’ xow tal-qtates bejn is-27 u t-28 t’Ottubru f’Montekristo. Dawk kollha li jħobbu l-qtates huma mħeġġa biex jattendu u jipparteċipaw biċ-ċans li jirbħu l-premju…

Aktar