Attivita'
Jinfetħu l-applikazzjonijiet għal Miss Malta 2020

Il-konkors tas-sbuħija Miss Malta ser jiċċelebra l-55 sena minn meta twaqqaf l-ewwel darba. Għal-ewwel darba, l-organiżazzjoni tal-konkors Miss Malta 2020 ser tiġi fdata f’idejn is-Sur Kersten Borg. Is-Sur Borg aċċetta din il-proposta b’impenn totali u l-ippjanar kollu ta’ Miss Malta.

B’hekk l-applikazzjonijiet bħalissa jinsabu miftuħa għal dawk it-tfajliet li jixtiequ jieħdu sehem u eventwalment jirrapreżentaw lil Malta f’dan il-konkors tas-sbuħija prestiġjuż. Sabiex it-tfajliet jakkwistaw l-applikazzjoni jeħtieġ li jibgħatu email fuq [email protected]

Għal dawk li ser jimlew l-applikazzjoni, aktar tard ser ikunu kkuntattjati mill-organiżazzjoni ta’ Miss Malta stess sabiex tkun ippjanata intervista u audition.

Miss Malta ser tkun qed tagħti opportunita esklussiva sabiex tliet parteċipanti rebbieħa jieħdu sehem f’konkors tas-sbuħija f’pajjiż barra minn Malta. Dawn ser ikunu r-rebbieħa finali tal-Miss Malta, Miss Republic of Malta u Miss Tourism of Malta.

L-avveniment kollu ser ikun organiżżat u mtellgħa minn Borg Promotions. It-titlu ta’ Miss Malta preżenti : Alexia Pauline Tabone.

Miss Malta 2020 ser tiġi mtellgħa bejn l-aħħar ta’ Jannar u bidu ta’ Frar tas-sena d-dieħla u tkun mxandra live fuq wieħed mill-istazzjonjiet tat-televiżjoni lokali, kif ukoll fuq il-paġna uffiċċjali ta’ Miss Malta fuq Facebook.

It-tliet rebbieħa jkunu mħabbra f’din is-serata finali – Miss Malta, Miss Republic of Malta, Miss Tourism of Malta.

Ritratt: Clint Scerri Harkins

Aħbarijiet Oħra
Attivita'

Kif iffurmat Filfla u minn fejn ġie isimha? Veru li kien hemm kappella fuq Filfla? Għala din il-gżira kienet tiġbed il-pirati? Kif spiċċat bħala mira għall-bombardamenti fi Żmien l-Ingliżi? Xi…

Attivita'

Għal sena oħra, l-Għaqda tal-Malti qiegħda tikkollabora mad-Dipartiment tal-Malti fl-Università sabiex torganizza t-taħdita #tunattoga… u mbagħad? F’din it-taħdita se jipparteċipaw seba’ kelliema, ilkoll gradwati tal-Malti jew li segwew xi kors…

Attivita'

Għada f’Sibt il-Għid, fil-Birgu fid-9.00pm ser tinżamm tradizzjoni li ilha għaddejja għal aktar minn 100 sena; dik magħrufa bħala “Il-Begigga.” Din it-tradizzjoni kienet bdiet meta xi ħadd li kellu dak…

Attivita'

The Kummissjoni WEB, which is the media team within the Soċjetà Santa Marija u Banda Re Ġorġ V tal-Imqabba, during these last 3 weeks embarked on a project to organise…

Aktar