Jippreżentaw l-arti b’mod mill-aktar innovattiv

Grupp ta’ artisti, mużiċisti, atturi u stilisti mmexxija minn Sagadesign, embarkaw fuq proġett bil-għan aħħari tagħhom huwa li jippreżentaw l-arti b’mod mill-aktar innovattiv. Dan biex iqanqlu l-imħabba għall-arti fost dawk li forsi s’issa matantx iħossuhom impressjonati biha. Dan qed jagħmluh b’sensiela ta’ attivitajiet biex iħajru lill-pubbliku jersaq aktar viċin tal-arti.

L-ewwel attività bit-tema ‘Pop Up Art Gallery’ ittellgħat nhar il-Ħamis li għadda f’Palazzo Castro fin-Naxxar u kienet tikkonsisti fost oħrajn f’wirja spettakolari ta’ 140 biċċa ta’ arti u skultura, kif ukoll wirjiet eċċezzjonali ta’ moda minn stilisti lokali, mużika u teatru. L-organizzaturi, Sagadesign, immexxija minn Gabriella Mallia u Aaron Sagaelu kif ukoll Engel & Völkers Sara Grech, esprimew sodisfazzjon għas-suċċess ta’ dan l-ewwel avveniment kreattiv fuq stil ‘bon ton’.

Il-koordinaturi tal-avveniment Matthew Cutajar, Alex Soloviov, Charly Favreau kif ukoll l-ambaxxaturi tal-arti ta’ ‘Art Malta’ Joseph Barbara u Francis Galea appoġġjaw l-attività bil-ħiliet mill-esperjenzi tagħhom għal din is-serata.

Sagadesign flimkien ma’ diversi kollaboraturi qed jaħdmu id f’id sabiex permezz ta’ attivitajiet oħra fiż-żmien li ġej iressqu lill-pubbliku aktar lejn l-arti.

Aħbarijiet Oħra
Arti

Love Letter is a solo exhibition by Alfie Gatt, also known as Alfie Alpha, based on figurative art.  This new collection of paintings is intended to capture the intimacy of…

Arti

It-Taqsima tal-Kultura u t-Turiżmu fi ħdan il-Kunsill Lokali taż-Żejtun għar-reba’ sena konsekuttiva se ttella’ wirja dwar il-wirt Żejtuni. Din il-wirja fotografika 100 IKONA b’fotografija ta’ Angelo Caruana u Glen Chircop…

Arti

Maltese artist David Xuereb in collaboration with Gallery Last Touch will be presenting David’s latest work in an exhibition called ‘13’.  The opening will be held at Gallery Last Touch on…

Aktar