Mużika
Jirritorna l-festival ta’ mużika alternattiva Earth Garden

Earth Garden huwa wieħed mill-akbar avvennimenti mużikali mistennija f’Malta. Illum, 13-il sena wara nistgħu nqisuh bħala wieħed mill-iktar festivals popolari fil-qasam tal-mużika alternattiva kemm f’Malta kif ukoll fl-Ewropa. Il-Festival li huwa mqassam fuq erbat ijiem huwa lest u preparat biex jieħu lil dawk li ser jattendu fuq miġja mużikali ta’ kwalità, imħabba u stil ta’ ħajja.

Earth Garden ser jittella’ fil-Park Nazzjonali f’a’ Qali fejn ser jinbidel f’villaġġ tal-mużika u ser jinkludi ħames żoni fejn madwar 120 artist ser ikunu qed jagħtu l-wirja tagħhom. Dan il-festival ser ikun mżewwaq b’tipi differenti ta’ mużika li se jolqtu l-gosti ta’ kulħadd fosthom: il-Blues, Alternative RockAlternative Rock, Dub, Hip-Hop, Psychedelic Trance, Techno, Acid, House, Electro, Drum ‘n’ Bass u ħafna iktar.

L-element prinċipali f’dan l-avvenniment huwa r-Roots Stage li ser jittella’ minn 22 artist li ċertament se joħolqu atmosfera impekkabbli u li bla dubbju ser iqajmu lin-nies fuq saqajhom. Apparti lista ta’ artisti internazzjonali, hemm ukoll uhud mill- aqwa artisti lokali bhal Brikkuni, The Riffs, Tribali, ManaTapu u hafna iktar.

L-Enchanted Forest hija żona oħra li ilha hemm mill-bidu nett u hija wkoll waħda mill-iktar żoni mfittxija min-nies. Din iż-żona toffri live afternoon sessions minn artisti internazzjonali kif ukoll lokali b’muzika li tvarja minn World Music, Reggae, Dub, Ska, Hip-Hop sa Funk.

Filwaqt li jekk it-Techno u l-muzika elettronika huma l-istili preferiti mela l-Electronic Sphere u Strawberry Hill huma żoni li m’għandekx titlef. Tul is-snin, dawn iż-żewġ żoni kibru drastikament fil-fatt insibu taħlita interessanti ta’ artisti lokali kif ukoll internazzjonali li jinkludu lil Matrixxman, Lucy, Atmos u Billy Nasty, kif ukoll lil Brian James (Unfocused) li ser ikun qed jaghti l-prestazzjoni tiegħu s-Sibt l-ewwel ta’ Ġunju fejn ser ikun qed jiċċelebra t-30 sena tiegħu fix-xena tal-mużika.

Żona oħra li tattira ħafna nies hija l-Music Playground. Din iż-żona hija ffurmata speċifikament għal jamming fejn mużiċisti u kantanti differenti jikkolaboraw flimkien u fejn l-element spontanju jispikka f’dan il-ħin.

Minkejja li l-Earth Garden huwa marbut ma’ stili differenti ta’ mużika, l-għan ta’ dan il-festival huwa li jgħaqqad in-nies fejn flimkien niċċelebbraw il-kultura, l-komunità, l-kreattività, id-diversita u l-ispirazzjoni. Kullhadd huwa mistieden biex jingħaqad f’din iċ-ċelebrazzjoni inklużi t-tfal u l-pets.

Il-festival joffri wkoll Food Court b’ikel internazzjonali, Healing, Yoga u zona ghal meditazzjoni b’workshops varji, suq etniku, żewġ areas fid-dell għal camping u Fun Park għat tfal.  Iktar tagħrif jista’ jinkiseb mis-sit uffiċjali www.earthgarden.com.mt.

Din is-sena Earth Garden se jittella’ mit- 30 ta’ Mejju sat-2 ta’ Ġunju fil-Park Nazzjonali Ta’ Qali. Ejjew esperjenzaw l-atmosfera maġika u kunu parti minn Earth Garden 2019.

Aħbarijiet Oħra
Attivita'

Is-Soċjetà Mużikali tal-Beland fiż-Żejtun din is-sena se tkun qed torganizza edizzjoni oħra tal-Beland Music Festival. L-edizzjoni ta’ din is-sena se tkun qed tittella fit-8, 9, u 10 ta’ Mejju ta’…

Mużika

Is-Soċjetà Filarmonika Stella Maris qiegħda torganizza l-kunċert Annwali tal-Milied b’repertorju vast ta’ mużika moderna u klassika, nhar il-Ħamis 12 ta’ Diċembru 2019 fis-7.15pm, fil-Knisja Arċipretali ta’ Stella Maris, fi Triq il-Kbira,…

Mużika

Nhar is-Sibt, 23 ta’ Novembru se tittellgħa l-ewwel edizzjoni tal-Festival Kantamagħna – festival għall-kantanti tfal u żgħażagħ ġewwa t-Teatru Astra. Il-Ministru għal Għawdex, Justyne Caruana, qalet li dan il-festival se…

Mużika

Reġa’ wasal il-Malta International Organ Festival, festival tant mistenni minn dawk kollha dilettanti tal-knejjes u mużika klassika, li din is- sena ser ikun mit-22 ta’ Novembru sas-6 ta’ Dicembru bi ħmistax…

Aktar