Mużika
Jitħabbru d-dettalji għall-festival ta’ L-Għanja tal-Poplu 2018

It-42 edizzjoni ta’ L-Għanja tal-Poplu – Festival tal-Kanzunetta Maltija ser jittella’ fl-1 ta’ Settembru 2018. Dan hu festival ta’ kanzunetti oriġinali bil-Malti akkumpanjat minn mużika live.

Dan il-festival joffri l-libertà lill-awturi u l-kompożituri li jiktbu u jikkomponu kanzunetti b’suġġett u stil mużikali li jixtiequ huma. Il-Malta Concert Orchestra ser tkun qed takkumpanja l-kanzunetti. Gruppi mużikali u kantawturi jistgħu wkoll jakkumpanjaw il-kanzunetta tagħhom stess.

L-għażla tal-kanzunetti finalisti se tiżvolġi fi tliet fażijiet: l-ewwel fażi tal-għażla, li fiha mill-kanzunetti kollha sottomessi jintgħażlu l-aħjar 40 kanzunetta; it-tieni fażi tal-għażla, li fiha jitkantaw l-40 kanzunetta quddiem ġurija oħra, u minnhom jintgħażlu l-kanzunetti finalisti; u il-fażi finali fl-1 ta’ Settembru 2018, fejn jitħabbru r-rebbieħa. Fil-fażi finali ser tattendi ġurija popolari u ġurija esperta. Il-ġurija popolari ser tingħata importanza daqs il-ġurija esperta.

Il-kanzunetti jintlaqgħu nhar it-Tlieta 22 ta’ Mejju 2018. Ir-regolamenti u l-formola tal-applikazzjoni jinsabu fil-paġna ghanjafest.com .

L-Għanja tal-Poplu – Festival tal-kanzunetta Maltija huwa organizzat mill-kumitat L-Għanja tal-Poplu flimkien ma’ Pjazza Teatru Rjal u b’kollaborazzjoni mal-Akkademja tal-Malti. Il-Malta Concert Orchestra ser tkun qed tagħti s-sehem tagħha f’dan il-festival b’ħidma id f’id mal-kompożituri tal-kanzunetti finalisti. L-Għanja tal-Poplu hija mgħejjuna mill-Kunsill Malti għall-Arti – Cultural Parnership Agreement.

Aħbarijiet Oħra
Mużika

Il-Fondazzjoni Classique se tniedi l-ewwel edizzjoni ta’ Mini-Festival imsejjaħ MUSIC+. MUSIC+ se jkun jikkonsisti f’recitals minn artisti lokali u barranin, master classes f’diversi strumenti, workshops għall-istudenti tal-iskejjel primarji, talks u…

Mużika

The evocative Hâra d-Dejqa (Narrow Street) in very central Victoria will be the venue of an open-air classical concert being held on Saturday, 25th August. Presented by the Gozo Cultural…

Mużika

II-grupp vokali The Swingles ilu jwessa’ l-orizzonti mużikali għal dawn l-aħħar ħamsin sena. Is-seba’ kantanti żgħażagħ li illum jiffurmaw dan il-grupp ibbażat f’Londra – Joanna Goldsmith-Eteson, Federica Basile, Liz Swain,…

Aktar