Attivitajiet Kulturali
Jum il-Kolleggjata u Jum Birkirkara 2017
Is-Soċjetà Dun Filippu Borgia bil-kollaborazzjoni tar-Rev.mu Kapitlu Elenjan ser torganizza Lejla Mużiko-Letterarja biex tfakkar Jum il-Kolleggjata u Jum Birkirkara. Din l-attivita ser issir taħt il-patroċinju tal-E.T. Mons. Paul Cremona OP, Arċisqof Emeritus ta’ Malta, nhar il-Ħadd 3 ta’ Diċembru 2017 fil-Bażilika ta’ Sant’Elena Imp. Awg., Birkirkara, fis-7.30 ta’ filgħaxija.
It-Tlieta 5 ta’ Diċembru 2017, Jum Birkirkara u l-Jum li fih jitfakkar it-Twaqqif tal-Ewwel Kolleggjata fil-gzejjer Maltin, ir-Rev.mu Kapitlu tal-Kolleġġjata Bażilika ta’ Sant’Elena Imp. Awg. flimkien mal-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara, is-Soċjetà Dun Filippu Borgia u l-Għaqdiet Karkariżi jieħdu sehem f’Quddiesa Konventwali b’radd ta’ ħajr lil Alla f’għeluq it-387 sena mit-twaqqif tal-Kolleġġjata Elenjana. Din tibda fis-6.30pm fil-Bażilika ta’ Sant’ Elena Imp. Awg., Birkirkara.

 

Aħbarijiet Oħra
Attivitajiet Kulturali

Heritage Malta se torganizza attività dwar misteri u stejjer sopranaturali marbuta mal-Forti Sant’Anġlu.  Minbarra li huwa ġawhra fl-istorja kulturali ta’ Malta, dan il-forti għandu ħafna misteri u leġġendi marbuta mal-istorja…

Attivitajiet Kulturali

Nhar is-Sibt 19 ta’ Mejju 2018 il-Kunsill Lokali ta’ Ħal Luqa ser ikun qiegħed jorganizza l-attività annwali tiegħu bl-isem ta’ ‘Ħal Luqa mal-Medda taż-Żmien’. Bħal ta’ kull sena l-Kunsill jieħu…

Attivitajiet Kulturali

Il-Kunsill Lokali San Ġiljan qed jorganizza Lejla Folkloristika nhar il-Ġimgħa 4 ta’ Mejju 2018 fil-Pjazza tal-Balluta u mad-dawra tal-Pjazza, mis-06:00 ta’ filgħaxija ‘l quddiem. Waqt din l-attività se jieħdu sehem,…

Attivitajiet Kulturali

Broken Dreams, parti mill-esibizzjoni fotografika multikulturali ta’ Valletta 2018, A Tale of Two Cities, tiftaħ fl-20 ta’ April fil-Mużew Nazzjonali tal-Posta u l-Hub tal-Arti fil-Belt Valletta. L-esibizzjoni hija kollezzjoni ta’ ritratti ta’…

Aktar