Kultura
Karnival fil-Marina f’Ta’ Xbiex

Il-Karnival fil-Marina llum sar imfittex ħafna fiż-żona ta’ Marsamxett, fejn bosta huma dawk li jgħixu fiż-żoni ta’ Tas-Sliema, Gżira, Msida, Pieta’ u naturalment Ta’ Xbiex, li jżuru dan il-Karnival.

Din hija l-ħames edizzjoni ta’ dan l-avveniment organizzat mill-Kunsill Lokali ta’ Ta’ Xbiex, li l-potenzjal tiegħu huwa l-oriġinalità għall-fatt li huwa l-uniku karnival li jsir f’yacht marina. Avveniment li uħud iqisuh bħala villaġġ karnivalesk fejn wieħed isib stands tal-ikel, toys, żona rikreattiva għat-tfal u bosta stands oħra. Addizzjoni għal din is-sena huwa s-‘seating’ li ħa jkun qed jiġi armat għall-ewwel darba permezz ta’ stand.

Il-karnival f’Ta’ Xbiex dejjem isir nhar it-Tnejn tal-karnival, u l-avveniment Karnival fil-Marina ser isir it-Tnejn 4′ ta’ Marzu fil-parkeġġ tal-Yacht Marina f’Ta’ Xbiex mill-5.30pm ‘il quddiem.

Aħbarijiet Oħra
Kultura

Is-Soċjetà Filarmonika La Stella, Gudja se ttella’ l-kunċert Factus Obidiens Usque Ad Mortem. Il-kunċert se jittella’ fil-Knisja Arċimatriċi u Arċipretali ta’ Santa Marija nhar il-Ħadd, 7 t’April fis-6.30pm. Se jieħdu sehem…

Kultura

Għalkemm nafu nemmnu li l-antenati antiki tagħna kienu differenti ħafna minna, il-bżonnijiet fundamentali fiżjoloġiċi u psikoloġiċi tagħhom aktarx kienu pjuttost simili. Dan hu mfassal b’mod grazzjuż fl-istatwetta preistorika li turi…

Kultura

Nhar il-Ġimgħa l-1 ta’ Frar 2019, fis-6.00pm fil-Librerija tal-Fakultà tal-Arti fl-Università ta’ Malta, Tal-Qroqq, Dr Steve Borg se jagħmel taħdita dwar ir-riċerka li ppubblika f’żewġ volumi ta’ kotba, Il-Maltin: Għemilhom,…

Kultura

Il-Parroċċa ta’ Ħal Tarxien se tinawgura r-restawr u ridekorazzjoni tal-koppla. L-inawgurazzjoni se ssir nhar l-24 ta’ Diċembru 2018 għall-ħabta ta’ 10:00pm matul il-Velja tal-lejl Qaaddis tal-Milied. Din se tkun inawgurata mit-tfal…

Aktar