Kultura
Kemm huma veri l-istejjer dwar Strada Stretta?

Kemm huma veri l-istejjer li tisma’ dwar Strada Stretta? Jekk trid tisma’ stejjer li ħarġu mill-kaldarun ibaqbaq li kienet din it-triq, mistieden tisma’ Secret Sound Stories nhar il-Ġimgħa, is-Sibt u l-Ħadd, 11, 12 u 13 ta’ Mejju.

B’mod innovattiv, tkun tista’ ssegwi d-dwal ilellxu u l-mużika ma taqta’ xejn li kien tipprovdi din it-triq dejqa li kellha fama ħażina mhux ftit.

Tkun tista’ tisma’ dawn ir-rakkonti animati permezz ta’ headphones bl-għajnuna tal-atturi bravi Angele Galea, Bernard Satariano u Diandra Anne Mamo. Dawn l-atturi ma tarahomx waqt li tkun tisma’ l-istejjer għaliex ikunu moħbijin fil-bini misterjuż ta’ dawk l-akwati.

Fil-11 ta’ Mejju, dawn l-istejjer tkun tista’ tismagħhom bejn l-11am-1pm u l-4.30-6.30pm. Fit-12 ta’ Mejju, bejn 11am-1pm u t-3.30-5pm u fit-13 ta’ Mejju bejn s-2-4pm. Tista’ tieħu sehem bla ħlas imma aħjar tikkukkja post billi ċċempel 7935 1051.

Dawn l-istejjer huma bbażati fuq l-intervisti li hemm fil-ktieb Strait Street: Secrets and Stories from behind Closed Doors ta’ George Cini. B’laqta ta’ kreattivita’ fina, il-kittieb Svizzeru Alan Alpenfelt dawwar dawn ir-rakkonti f’qawsalla ta’ kuluri li jħallu bla nifs lil min jismagħhom.

Matul iż-żmien, ħafna nies tal-Belt qalgħu x’jieklu billi offrew servizz lil baħrin u suldati li żaruha fi triqithom lejn jew wara gwerra. Għalhekk mhix ħaġa kbira li s-sigrieti li hemm moħbija wara l-ħitan ta’ Strada Stretta jduru ma’ mħabbiet traduti, ħolm li ma seħħx u talb li ma nstemgħax.

Secret Sound Stories qed jittellgħu bil-kollaborazzjoni ta’ Altofest Malta u V XX Zweetz bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet ta’ Valletta 18.

Aħbarijiet Oħra
Kultura

Il-Parroċċa ta’ Ħal Tarxien se tinawgura r-restawr u ridekorazzjoni tal-koppla. L-inawgurazzjoni se ssir nhar l-24 ta’ Diċembru 2018 għall-ħabta ta’ 10:00pm matul il-Velja tal-lejl Qaaddis tal-Milied. Din se tkun inawgurata mit-tfal…

Kultura

Min jaf x’kien jirrakkonta Sir Themistocles “Temi” Zammit li kieku wieħed seta’ jiltaqa’ miegħu? Zammit kien individwu eċċezzjonali u ta’ suċċess. Primarjament hu kien tabib, madanakollu huwa kien ukoll professor…

Kultura

Nhar l-Erbgħa, 3 t’Ottubru, u l-Ħamis, 4 t’Ottubru, Heritage Malta se tkun qed tipprovdi lill-pubbliku l-opportunità li jduq l-Istorja fis-sala tal-ikel tal-Mużew Marittimu, il-Birgu. Ibbażata fuq kunċett ġdid li jitraċċa…

Aktar