Attivita'
Kif jitkellmu ż-żgħażagħ? – tal-lajf jew tal-blieh?

Fid-19 t’April, 2018, l-ALLT (Association of Linguistics and Language Technology) u l-Għaqda tal-Malti Università, ser jorganizzaw taħdita dwar il-lingwaġġ taż-żgħażagħ Maltin, jisimha Tal-lajf jew tal-blieh?

Din it-taħdita se tkun fis-7pm fl-uffiċċji tal-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ fil-Furjana.

F’din it-taħdita wieħed jista’ jara kif iż-żgħażagħ jitkellmu differenti minn kelliema ikbar jew iżgħar minnhom. Nippruvaw nispjegaw għaliex il-lingwa tinbidel u kif iż-żgħażagħ ta’ kull ġenerazzjoni jirnexxilhom jibdluha.

Din it-taħdita se tingħata minn Dr Michael Spagnol li huwa lettur fi ħdan id-Dipartiment tal-Malti fil-Fakultà tal-Arti fl-Università ta’ Malta. Dr Spagnol, jew kif inhu magħruf, is-Sur Kelma Kelma, minħabba l-paġna li ħoloq fuq Facebook “Kelma Kelma,” huwa speċjalizzat fil-lingwistika u bħala lettur jgħallem taqsimiet studju dwar aspetti morfoloġiċi u semantiċi, dwar id-djaletti, u s-soċjolingwistika b’mod ġenerali.

Id-dħul huwa b’xejn u wara t-taħdita se jkun hemm xi xorb u tnaqqir għal kulħadd.

Aħbarijiet Oħra
Attivita'

Fuq l-ixkafef tal-libreriji tagħna nsibu kotba t’awturi minuri qoxra ma’ qoxra ma’ kotba ta’ ġganti letterarji. Tul kors ta’ sentejn sħaħ, l-istudenti tad-Diploma fil-Letteratura Maltija stħarrġu għadd t’awturi sabiex jixħtu dwal…

Attivita'

Għada Ħal Qormi se jibqa’ mqajjem għal-Lejl f’Casal Fornaro. L-avveniment jippromwovi l-kultura, tradizzjoni u folklor Malti. L-attività tiffoka l-aktar fuq it-tradizzjoni tal-ħobża Maltija. Bl-attivitajiet jimirħu f’diversi toroq ta’ Ħal Qormi,…

Wirja

Se titnieda l-Maltex Philatelic Exhibition and Collectors’ Fair, wirja li se tiġbor fiha fost l-oħrajn kollezzjonijiet ta’ oġġetti tat-Tieni Gwerra Dinjija. Dan minbarra li se jkun hemm għall-wiri fliexken tradizzjonali…

Attivita'

Malta Feline Guardians Club (MFGC) se ttella’ xow tal-qtates bejn is-27 u t-28 t’Ottubru f’Montekristo. Dawk kollha li jħobbu l-qtates huma mħeġġa biex jattendu u jipparteċipaw biċ-ċans li jirbħu l-premju…

Aktar