Informazzjoni
Kif kien isir l-għasel u ż-żejt taż-żebbuġa f’San Pawl Milqi?

Nhar il-Ħadd, 28 t’Ottubru, Heritage Malta qed tistieden lill-pubbliku biex igawdi attivitajiet varji li qed jiġu organizzati fis-sit arkeoloġiku ta’ San Pawl Milqi f’Burmarrad.

Bosta mill-attivitajiet se jiffukaw fuq il-produzzjoni, l-użu, u l-konsum tal-għasel fil-perjodu Ruman, flimkien mar-rwol tat-trobbija tan-naħal. Matul il-ġurnata se jkun hemm ukoll numru ta’ taħditiet dwar l-għasel u ż-żejt taż-żebbuġa.

Is-sit ta’ San Pawl Milqi hu magħruf għall-iktar fdalijiet estensivi ta’ villa Rumana li nstabu s’issa fil-gżejjer tagħna. Tagħmir antik tal-ġebel li nstab fil-villa jindika illi dan il-bini kien jiġi użat għall-produzzjoni taż-żejt taż-żebbuġa. F’dawn l-aħħar snin, Heritage Malta qed tiddedika parti minn dan is-sit għat-trobbija tan-naħal biex tipproduċi għasel lokali u prodotti oħra minnu.

L-attivitajiet f’din il-ġurnata se jibdew bi żjarat qosra tal-fdalijiet tal-villa Rumana. Iż-żjarat bi gwida bil-Malti se jsiru fid-9.30am u s-1.30pm, dawk bl-Ingliż fil-11am u fit-3.30pm.

L-ewwel taħdita dwar iż-żejt taż-żebbuġa se ssir fil-11.30am minn Dr Joseph Buhagiar, dwar l-għasel se ssir fis-1:00pm mill-Kuratur ta’ Heritage Malta, Paul Portelli, filwaqt li l-aħħar taħdita dwar San Pawl Milqi tibda fit-3pm mill-Kuratur Anzjan ta’ Heritage Malta, David Cardona. It-taħditiet kollha se jsiru bl-Ingliż.

Mill-10.30am sat-3pm se jkun hemm mejda b’selezzjoni ta’ ikel ibbażat fuq l-għasel u ppreparat skont riċetti antiki Rumani.  Dan l-avveniment se jinkludi wkoll re-enactments minn Legio X Fretensis li se jitfgħu dawl fuq kif kien l-istil tal-ħajja fil-perjodu tal-villa Rumana.

Barra minn hekk, Golden Island Ltd se tkun qed tipprovdi informazzjoni u dimostrazzjonijiet relatati man-naħal u l-għasel f’Malta. Se jkun hemm ukoll prodotti tal-għasel għall-bejgħ.

Ħinijiet tal-ftuħ: mid-9am sal-5pm.  Aktar informazzjoni tinsab fis-sit ta’ Heritage Malta www.heritagemalta.org

Aħbarijiet Oħra
Edukazzjoni

Id-duo komiku popolari Danusan u l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb reġgħu għal darb’oħra ħadmu flimkien biex jittellgħu xows bil-għan li jiġu ċċelebrati l-kotba u l-qari. Dawn ix-xows huma eċċellenti għall-familji bit-tfal, għax…

Attivitajiet Kulturali

Bejn il-Ġimgħa 3 ta’ Mejju u l-Ħadd 5 ta’ Mejju, il-Ministeru għal Għawdex se jkun qed jorganizza attività ta’ spettaklu, kultura, tradizzjonijiet, esebizzjonijiet ta’ arti u fotografija, varjetà ta’ attivitajiet…

Attivitajiet Kulturali

Nhar il-Ħamis li ġej, 25 t’April, Heritage Malta qed tistieden lill-pubbliku għas-sitt sessjoni Milk in the 17th and 18th Century Malta, li se tittella’ fil-Palazz tal-Inkwiżitur, il-Birgu. Waqt dan l-avveniment,…

Edukazzjoni

Nhar il-Ħamis, 14 ta’ Marzu f’Casino Notabile, is-Saqqajja, se titnieda l-pubblikazzjoni finali ta’ TAĦŻIŻ 6. L-editriċi ta’ din l-edizzjoni hija Simone Inguanez. TAĦŻIŻ 6 kien imqassam fuq numru ta’ seminars, inkluż…

Aktar