Wirja
Kif kienet il-ħajja ta’ kuljum ta’ missirijietna?

Fl-1840, il-fotografija rat lil Malta fit-transizzjoni bejn il-ħakma tal-Kavallieri u l-ħakma Ingliża.  Din kienet fażi important ħafna fl-istorja ta’ pajjiżna.  Il-Kavallieri kienu telqu imma ħafna bini u fortifikazzjonijiet kienu għadhom kif ħallewhom il-Kavallieri kif jidher fir-ritratti ta’ dak iż-żmien.  Meta bdew jinbidlu l-affarijiet dovut għall-bżonnijiet tal-forza navali britannika, u l-immodernizzazzjoni li kienet tirrikjedi l-bażi brittannika, il-fotografija kient hemm biex iżżomm rekord tal-kambjamenti li kienu qed isiru.

Fejn kienu jmorru r-residenti tal-ibliet biex jixtru l-bżonnijiet tagħhom, l-ikel, is-sigaretti, ħwejjeġ u żraben? Fejn kienu jsibu hanut tat-te’ jew kienu jmorru biex jiskru xi sakra għal żewġ soldi?  L-ibliet Maltin kineu mimlija attività mentri l-irħula kienu relattivament kwieti. Fl-istess ħin ir-ritratti tal-epoka jagħtu xhieda interessanti tal-irħula.

Wara s-suċċess tal-laqgħa dwar ir-ritratti antiki ta’ Malta organizzata minn Flimkien Għal Ambjent Aħjar xi snin ilu, l-FAA ser torganizza laqgħa oħra mar-riċerkatur fotografiku Joseph Piccinino li sejjer jinterpreta d-dettalji rqaq u żgħar fir-ritratti li ħafna ma jagħtux kashom.  Dan jiġri l-aktar fir-ritratti li fihom jidhru ħafna nies u avvenimenti importanti.  Dawn id-dettalji jagħtu sfond tal-ħajja soċjali ta’ Malta u l-kundizzjonijiet soċjali ta’ dak iż-żmien.

L-istudju dettaljat ta’ dawn ir-ritratti jwieġbu mijiet ta’ mistoqsijiet.  Xi ritratti jridu ġimgħat ta’ studju dettaljat li Joseph Piccinino ser jaqsam magħna l-Ġimgħa, 28 ta’ Frar 2020.

Donazzjoni: €8.00

DATA: 28 Frar 2020 fis- 6:30pm

BOOKINGS: Online  http://ticketengine.faa.org.mt/   jew cemplu 79838443

Wara t-taħdita ser issir ikla organizzata għall-mistednin tal-FAA mill-Phoenicia bi prezz speċjali.http://ticketengine.faa.org.mt