Attivita'
Kif kienu jagħrfu l-istaġuni permezz tal-ġebel?

Għall-abitanti tal-gżejjer tagħna, fi żmien il-Perjodu tat-Tempji, kien vitali li jagħrfu l-istaġuni differenti sabiex ikunu jistgħu jippjanaw l-attivitajiet tal-biedja u tat-trobbija tal-annimali tagħhom. Din tista’ tkun ir-raġuni għala huma ddeċidew li jimmarkaw dawn it-tibdiliet tat-temp fit-Tempju tal-Imnajdra permezz ta’ kalendarju tal-ġebel.

Nhar is-Sibt, 22 ta’ Diċembru, Heritage Malta qed tistieden lill-pubbliku biex jesperjenza dan il-fenomenu li jħabbar il-wasla tax-xitwa f’din l-istruttura li tmur lura 5,600 sena.

Dawk li se jattendu għandhom ikunu l-Ħaġar Qim Visitor Centre fis-6.15am. Il-postijiet huma limitati u dawk interessati jeħtieġ li jibbukkjaw post minn qabel. Din l-attività se tinkludi wkoll żjara fit-Tempji u bibita ħafifa.

Il-biljetti jistgħu jinxtraw mis-siti u l-mużewijiet kollha ta’ Heritage Malta, jew online fuq https://shop.heritagemalta.org/index.asp?eventid=495

Aħbarijiet Oħra
Attivita'

Fis-Sala Kappella tal-Mirakli fil-Ġnien tal-Mirakli, Ħal Lija se jsir il-festival taċ-ċitru. Hawnhekk se jkun hemm il-bejgħ tal-frott, ikel lokali u inernazzjonali kif ukoll bejgħ tal-prodotti tal-għasel. Il-festival se jsir fl-20…

Attivita'

Skont il-Kummissjoni Għolja tal-Ġnus Magħquda għar-Refuġjati, illum 13.1 miljun persuna fis-Sirja għandhom bżonn għajnuna umanitarja – dan minħabba 8 snin ta’ gwerra ċivili krudili u persekuzzjoni kontra l-Kristjani li ġarrbu…

Attivita'

Amigos huwa grupp magħmul minn żgħażagħ, li jwettqu xogħol volontarju u jagħmel parti mis-Segretarjat Missjonijiet Agostinjan. Ta’ kull sena jwettqu xogħol missjunarju, ‘il barra minn xtutna. Din is-sena jagħlqu 25…

Attivita'

Taħt id-direzzjoni tas-Surmast Etienne Spiteri, il-Banda San Ġiljan se ttella’ kunċert mużikali bl-isem Music from Vienna, li jikkonsisti minn repertorju esiġenti u magħruf tal-kompożitur Awstrijakk Johann Strauss Jr, li żgur…

Aktar