Informazzjoni
Kif tagħmel l-inbid?
Il-Kunsill Lokali taż-Żejtun flimkien mal-Għaqda Għassara tal-Inbid se jkunu qed jorganizzaw kors ‘Kif Tagħmel talInbid?‘. Dan il-kors bażiku bla ħlas se jkun qed isir fuq tlett darbiet it-Tnejn 10, 17, u 24 ta’ Lulju, 2017 bejn is-6.00 p.m. u s-7.30 p.m. fis-Sala tal-Kunsill Lokali taż-Żejtun, Triq Sant’ Anġlu, iż-Żejtun
Matul dawn it-tlett laqgħat dawk li se jattendu se jkunu qed jitgħallmu dwar l-apparat u l-ingredjenti li għandek bżonn biex tagħmel l-inbid; Kif tagħraf għeneb tajjeb għall-għasir; Il-ħmira naturali mqabbla mal-ħmira tal-pakkettL-istadji differenti tal-proċess biex tagħmel l-inbid: it-tagħsir tal-għeneb, għaliex l-inbid ma jibqax ibaqbaq, u għaliex tagħmel it-taqlib (racking);L-importanza tal-indafaL-użu tal-idrometru; Kif taħżen l-inbid, kif jimmatura u kif jiġi bbottiljat.
Il-kors hu miftuħ għal kulħadd minn Malta u Għawdex. Dan il-kors huwa miftuħ ukoll għal dawk li qatt m’għamlu inbid u jixtiequ jkunu jafu l-proċess kif isir.
 
Bħala rikonoxximent se jkun qed jingħata ċertifikat ta’ attendenza lil dawk li jkunu attendew it-tlett ġranet li huma talkors.
 
Il-postijiet huma limitati u fadal l-aħħar ftit postijiet wara interess kbir mill-pubbliku.
 
Għaldaqstant biex tirreġistra għal dan il-kors ċempel fuq 2166 3866 jew ibgħat posta elettronika fuq [email protected] sa mhux aktar tard minn nhar is-Sibt, 8 ta’ Lulju, 2017.
 
Opportunità mill-isbaħ li se tkun qed titgħallem kif tipproduċi u ttejjeb l-inbid, u nsaħħu l-prodott Malti.
Aħbarijiet Oħra
Informazzjoni

Nhar l-Erbgħa, 6 ta’ Novembru fis-6.30pm, Heritage Malta qed torganizza t-taħdita Judicial Hanging in Malta sabiex titfa’ aktar dawl fuq l-istorja tal-forka, partikolarment fil-perjodu Ingliż. Din it-taħdita se ssir mill-Kuratur…

Informazzjoni

Dr Maxine Anastasi and Dr Ing. John C. Betts from the Department of Classics and Archaeology, University of Malta, and Mr Francesco Fontanelli, Heritage Malta, will be giving the first…

Informazzjoni

Nhar il-Ħadd, 28 t’Ottubru, Heritage Malta qed tistieden lill-pubbliku biex igawdi attivitajiet varji li qed jiġu organizzati fis-sit arkeoloġiku ta’ San Pawl Milqi f’Burmarrad. Bosta mill-attivitajiet se jiffukaw fuq il-produzzjoni,…

Informazzjoni

The 36th General Assembly of the European Seismological Commission will take place at the Mediterranean Conference Centre, Valletta between the 2nd and 7th September 2018. This prestigious conference is being…

Aktar