Attivitajiet Kulturali
Kompożitur Taljan mistieden għall-kunċert ta’ marċi funebri

Il-Kompożitur Taljan Mro Antonino Oddo, sinonimu f’pajjiżna għal marċi funebri li jikteb, ser ikun il-mistieden speċjali għall-Kunċert ta’ marċi funebri u mużika sagra li ser isir b’risq il-Mission Fund.

Il-Kunċert bl-isem ta’ Riflessi hu proġett konġunt bejn is-Soċjetà Filarmonika Pinto Banda San Sebastjan ta’ Ħal Qormi u s-Soċjet Filarmonica Nazionale La Valette. Din is-sena iż-żewġ soċjetajiet qegħdin jiċċelebraw żewġ anniversarji b’rabta mas-Surmast direttur tagħhom Mro Dominic Darmanin.

Mro. Darmanin li hu s-Surmast direttur ta’ dawn iż-żewġ baned ewlenin f’pajjiżna, din is-sena hi l-25 sena tiegħu fil-kariga ta’ Surmast direttur mas-Soċjetà Filarmonika Pinto Banda San Sebastjan u l-10 sena tiegħu bħala Surmast direttur tas-Soċjetà Filarmonika Nazionale La Valette. F’din l-okkażjoni speċjali Mro Darmanin ser ikun qiegħed jidderieġi liż-żewġ baned tiegħu flimkien f’dan il-Kunċert tant mistenni.

Matul dan il-Kunċert ser jindaqu l-isbaħ marċi funebri li Mro Dominic Darmanin kiteb tul il-karriera tiegħu, mużika sagra u mużika minn films relatata ma’ dawn iż-żminijiet tal-Ġimgħa Mqaddsa. Tingħaqad ukoll mal-Banda l-Kantanta Michaela Agius. Ma jonqsux ukoll xi sorpriżi b’rabta mal-miġja tal-Kompożitur Taljan Mro Antonino Oddo.

Il-Kunċert ser isir nhar is-Sibt 17 ta’ Marzu 2018, fil-Knisja ta’ Ġieżu fil-Belt Valletta. Il-Kunċert li jibda fis-7:15pm hu bla ħlas filwaqt li jinġabru donazzjonijiet b’risq il-Mission Fund. Il-Kunċert ikun preżentat mis-Sur Joe Huber.

Aħbarijiet Oħra
Attivitajiet Kulturali

Din l-attività ġiet posposta minħabba t-temp. Data oħra titħabbar iktar tard. Il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana nediet l-ewwel edizzjoni tal-attività Lejl Imkebbes li ser issr nhar is-Sibt, 3 ta’ Novembru…

Informazzjoni

Nhar il-Ħadd, 28 t’Ottubru, Heritage Malta qed tistieden lill-pubbliku biex igawdi attivitajiet varji li qed jiġu organizzati fis-sit arkeoloġiku ta’ San Pawl Milqi f’Burmarrad. Bosta mill-attivitajiet se jiffukaw fuq il-produzzjoni,…

Attivitajiet Kulturali

Għal sena oħra konsekuttiva, nhar il-Ħadd li ġej 21 ta’ Ottubru 2018 għall-ħabta tas-6.00 ta’ filgħaxija, ser tkun qiegħda tittella’ l-akbar fjakkolata fil-gżira ta’ Għawdex ġewwa r-raħal ta’ Santa Luċija….

Attivitajiet Kulturali

Nhar il-Ħadd, 7 t’Ottubru, Heritage Malta se tkun qed tiftaħ Għar Dalam u l-Mużew tiegħu f’Birżebbuġa għall-pubbliku bla ħlas. Din hija opportunità biex wieħed iżur l-eqdem sit preistoriku li hawn…

Aktar