Attivitajiet Kulturali
Kont taf li l-ewwel nies f’Malta waslu 700 sena qabel minn kif inhu maħsub?

Kont taf li skont riċerka ġdida kien skopert li l-ewwel abitanti f’Malta waslu 700 sena qabel minn kif inhu maħsub? U li l-gżejjer Maltin kienu maħkuma minn iktar minn ġens wieħed fiż-żmien Neolitiku? X’kien l-impatt tal-abitazzjoni fuq l-ambjent Malti? U l-eżistenza tal-ewwel abitanti f’Malta kienet sostenibbli? L-abitanti fil-perjodu preistoriku minn fejn ġew u kienu b’saħħithom?

Tweġibiet għal dawn il-mistoqsijiet u oħrajn ġew imwieġba fi proġett ta’ riċerka li dam sejjer ħames snin immexxi minn grupp internazzjonali ta’ xjentisti u arkeoloġisti minn Malta, il-Britannja u l-Irlanda. Ir-riċerka, Fragility and sustainability in restricted island environments: Adaptation, cultural change and collapse in prehistory, kienet iffinanzjata mill-Kunsill Ewropew għar-Riċerka. Ix-xjentisti u l-arkeoloġisti ħadmu flimkien biex janalizzaw it-tibdil ambjentali u l-effett tiegħu fuq il-popolazzjoni Maltija fil-perjodu preistoriku.

Ir-riċerka inkludiet skavar arkeoloġiku, analiżi fuq fdalijiet umani min-Neolitiku, tħaffir għall-‘cores’ mill-qiegħ għall-istorja tal-pajsaġġ u l-ħamrija biex jerġa’ jinbena l-ambjent preistoriku, u l-irfinar tad-dati radjukarbonju. Saru mistoqsijiet sabiex ikun analizzat kif in-nies, flimkien mal-bdil tal-klima kellhom impatt fuq il-pajsaġġ matul iż-żminijiet.

Dawn ir-riżultati tar-riċerka se jiġu ppreżentati f’konferenza ta’ ġurnata li se ssir fis-17 ta’ Marzu fil-Forti Sant’Anġlu, il-Birgu, bejn it-8.30am u l-5pm. Għal iktar tagħrif tista’ tintbagħat email fuq [email protected] jew ċempel fuq 21239375 sal-14 ta’ Marzu.

B’kollaborazzjoni ma’ Heritage Malta filgħaxija se tkun inawgurata wirja bir-riżultati miksuba minn din ir-riċerka. Il-wirja, Fragility and Sustainability in Prehistoric Malta, se tkun ospitata fil-Mużew Nazzjonali tal-Arkeoloġija u se tkun miftuħa b’xejn għall-pubbliku mit-18 ta’ Marzu sal-15 ta’ Ġunju.

Aħbarijiet Oħra
Attivitajiet Kulturali

Heritage Malta qed toffri opportunità mhux tas-soltu lill-pubbliku li jesplora l-fortifikazzjonijiet li jdawwru l-Port il-Kbir u l-madwar minn fuq il-baħar. Din l-attività, li se ssir nhar il-Ħadd 22 ta’ Lulju,…

Attivitajiet Kulturali

Malta Calls, party uniku organizzat minn Valletta 2018 u ŻfinMalta, se jsir nhar il-Ġimgħa 20 ta’ Lulju mit-8pm ‘il quddiem fil-Grounds tal-Iskola Sekondarja tal-Kulleġġ ta’ Santa Klara (ex Sir Adrian…

Attivitajiet Kulturali

L-aħħar serata qabel waqfa tul is-Sajf mis-sensiela mużiko-letterarja, ‘Iljieli fit-Teatru’, se tkun qegħda ssir nhar it-Tnejn 4 ta’ Ġunju, 2018, fil-Green Room ta’ Pjazza Teatru Rjal, il-Belt Valletta. Tul din…

Attivitajiet Kulturali

Heritage Malta se torganizza attività dwar misteri u stejjer sopranaturali marbuta mal-Forti Sant’Anġlu.  Minbarra li huwa ġawhra fl-istorja kulturali ta’ Malta, dan il-forti għandu ħafna misteri u leġġendi marbuta mal-istorja…

Aktar