Attivita'
Kor mill-Università ta’ Cambridge b’kunċert f’Għawdex

Il-Katidral t’Għawdex se jospita l-kunċert Sing Joyfully Unto God imtella’ mill-Corpus Christi College Choir mill-Università ta’ Cambridge bis-sehem tal-Kor Gaulitanus.

Il-kunċert, li dħul għalih huwa b’xejn, se jsir nhar it-Tlieta, 3 ta’ Lulju fit-8pm.

Huwa qed ikun organizzat mill-Kor Gaulitanus.

Corpus Christi College jmur lura għall-1352 u huwa wieħed mill-31 kulleġġ tal-Università ta’ Cambridge.

Ir-repertorju se jkun jinkludi Stainer’s God So Loved the World and Faure’s Cantique de Jean Racine.

Aħbarijiet Oħra
Attivita'

Is-Soċjeta Filarmonika “Sliema” se ttella’ Programm Vokali u Mużikali Speċjali biex tiċċelebra l-100 sena Parroċċa. Dan il-Programm Speċjali ser jittella’ nhar il-Ġimgħa 28 ta’ Settembru fis-7.30 pm fil-Knisja Parrokkjali tal-Madonna…

Attivita'

Nhar is-Sibt, 22 ta’ Settembru, Heritage Malta qed tistieden lill-pubbliku għal dawra mal-Port il-Kbir, segwita bi żjara informattiva fil-Forti Sant’Anġlu. Bil-veduti spettakolari tal-fortifikazzjonijiet maestużi u l-arkitettura Barokka li jinsabu madwaru,…

Attivita'

Hemm ħafna modi kif bniedem jista jgħin, iferraħ jew isalva ħajja ta’ bniedem ieħor. Borża demm waħda nistgħu nagħmlu d-differenza kbira fil-ħajja ta’ dawk li jistgħu jiġu bżonn . Nhar…

Aktar