X

Kor ta’ 100 tifel u tifla għall-ewwel darba f’Rockestra

L-edizzjoni ta’ din is-sena tal-kunċert Rockestra għandha tkun waħda speċjali, hekk kif dan il-kunċert issa jinsab fl-għaxar sena tiegħu.

Id-Direttur Artistiku, Pawlu Borg Bonaci, u d-Direttur Mużikali, is-Surmast Sigmund Mifsud, qed jaħdmu qatigħ biex iħejju programm varjat li ser jinkludi diski għall-qalb dawk li jħobbu l-mużika Rock, bis-sehem ta’ l-Orkestra Filarmonika ta’ Malta.

Din is-sena wkoll, għall-ewwel darba, waqt Rockestra, ser jieħdu sehem kor ta’ 100 tifel u tifla tal-iskola Stagecoach, li ser jakkumpanjaw numru ta’ artisti stabilliti u oħrajn ġodda li ngħataw l-opportunita’ li jkunu parti minn wieħed mill-akbar kunċerti ġewwa pajjiżna.

Għal darb’oħra, Rockestra tiggarantixxi esperjenza ta’ 100% Rock, filwaqt li, bħal dejjem, jinġabru l-fondi għall-Malta Community Chest Fund Foundation.

Rockestra, din is-sena ser issir fil-15 ta’ Settembru ġewwa l-MFCC, Ta’ Qali.

Biljetti jinsabu għall-bejgħ mis-sit www.mccf.store.

Norma Saliba :