Attivita'
Kultura u divertiment waqt l-attività ‘Connecting Through Culture’

Għall-ħames sena konsekuttiva se tkun qed terġa’ tittella l-attività kulturali “Connecting Through Culture” mill-Kunsill Lokali ta’ Ta’ Xbiex. L-attività se tkun qed tittella fil-Yacht Marina ta’ Ta’ Xbiex nhar is-Sibt 28 ta’ Settembru 2019 mis-18:00 ‘il quddiem.

Għall-edizzjoni ta’ din is-sena se jkunu qed jipparteċipaw aktar minn 12-il pajjiż.

L-għan ta’ din attività huwa li tgħaqqad nies minn nazzjonijiet differenti permezz tal-kultura, filwaqt li ttella’ spettaklu b’artisti lokali u internazzjonali, grazzi għall-involviment ta’ numru ikbar ta’ missjonijiet diplomatiċi, ambaxxati jew residenzi f’Ta ‘Xbiex, kif ukoll oħrajn li jinsabu barra minn din il-lokalità. Ta’ Xbiex hija l-lokalità li għandha l-aktar ambaxxati f’pajjiżna.

Bħas-snin ta’ qabel, kull ambaxxata parteċipanti, u naturalment il-Kunsill Lokali ta’ Ta ‘Xbiex, ser jippreżentaw il-kultura tal-pajjiż rispettiv tagħhom permezz ta’ mużika, patrimonju kulturali, zfin u ikel tradizzjonali, fosthom permezz ta’ gruppi ta’ zfin tas-Samba u l-Flamenco u anke gruppi folkloristiċi Maltin u Griegi. Se jkun hemm ukoll divertiment minn artisti internazzjonali u logħob għat-tfal.

Fost il-pajjizi li ħa jkunu rrapreżentati hemm l-Awstralja, l-Italja, l-Brażil, iċ-Ċina, l-Palestina, il-Kuwait, Spanja, Grecja, it-Tuneżija u bosta oħrajn li ħa jipparteċipaw għall-ewwel darba.

Min naħa tiegħu s-Sindku Max Zammit sostna li din l-attività dejjem qed tikber u issa daħlet sew fil-kalendarju tal-Maltin, tat-turisti u kif ukoll tal-barranin li jgħixu Malta, u ta’ kull sena aktar nies qed jattendu. Huwa qal li din l-attività sservi wkoll biex il-familji Maltin jifhmu aktar dwar il-kulturi differenti ta’ madwar id-dinja. Irringrazzja wkoll lil President Emeritus, Marie Louise Coleiro Preca, li dejjem appoġġjat din l-attività sena wara l-oħra.

Id-dħul huwa b’xejn.

Aħbarijiet Oħra
Attivita'

Ħal Għaxaq qed jipprepara biex jiċċelebra waħda mill-eqdem tradizzjonijiet tar-raħal; il-Karnival spontanju Għaxqi. Il-Karnival jibda l-Ġimgħa filgħodu għall-ħabta tad-9.30am b’attività bil-parteċipazzjoni tal-istudenti li jattendu l-iskola Primarja ta’ Ħal Għaxaq. Il-Karnival tal-Ħadd jikkonsisti f’serata bil-parteċipazzjoni ta’ numru ta’ gruppi ta’ żfin u immedjatament…

Attivita'

Bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet tal-Karnival 2020, iI-Kunsill Lokali Paola ser ikun qed itella’ żewġ attivitajiet.  L-ewwel attività ser tkun Dramm qasir bl-isem ta’ MICKEY. Dan id-dramm qed jittella’ miċ-Ċentru Anzjanità Attivà tal-Kunsill Lokali…

Attivita'

The 4th lecture in the Malta Libraries’ lecture series ‘Discoveries from the Past: Promoting Research Findings’ at the National Library of Malta is a 2 session lecture organized in collaboration…

Attivita'

Is-Soċjetà Mużikali tal-Beland fiż-Żejtun din is-sena se tkun qed torganizza edizzjoni oħra tal-Beland Music Festival. L-edizzjoni ta’ din is-sena se tkun qed tittella fit-8, 9, u 10 ta’ Mejju ta’…

Aktar