Kunċert biex jitfakkar il-100 sena anniversarju mit-twaqqif tal-Kumitat Festi Esterni San Ġorġ Martri

Din is-sena timmarka l-100 sena anniversarju mit-twaqqif tal-Kumitat Festi Esterni San Ġorġ Martri Ħal Qormi. Bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet ta’ dan l-anniversarju, il-Kumitat Festi Eserni se jtella’ Kunċert Vokali u Strumentali bis-sehem tal-Orkestra.

Dan il-kunċert se jittella’ nhar il-Ġimgħa, 21 ta’ Ġunju fil-Knisja Arċipretali u Arċimatriċi ta’ San Ġorġ Martri, Ħal Qormi, fit-8pm.

L-Orkestra se tkun taħt id-direzzjoni ta’ Mro Mario Testa, bis-sehem tas-Soprana Rosabelle Bianchi, il-Mezzo Sopran Connie Francis Zerafa, it-Tenuri Francis Mangion u Edmond Apap, il-Baxx Albert Buttigieg, flimkien mal-Kor Bel Canto.

Min se jattendi hu mitlub ikun f’postu sas-7.30pm.

Aħbarijiet Oħra
Mużika

Is-Soċjetà Filarmonika Stella Maris qiegħda torganizza l-kunċert Annwali tal-Milied b’repertorju vast ta’ mużika moderna u klassika, nhar il-Ħamis 12 ta’ Diċembru 2019 fis-7.15pm, fil-Knisja Arċipretali ta’ Stella Maris, fi Triq il-Kbira,…

Attivitajiet Kulturali

Għal sena oħra, il-Kunsill Lokali ta’ Bormla flimkien mal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, se jkun qed isir l-ispettaklu tad-Diamonds of Fire. Dan l-avveniment se jkun qed jittella’ f’Bormla, is-Sibt, 7 ta’ Diċembru…

Attivita'

Nhar il-Ġimgħa 6 ta’ Diċembru bejn l-16:30 u s-18:30 fil-kappella ta’ Santa Marija f’Ħaż-Żabbar (viċin fejn kien l-isptar St James) int tista’ tagħmel differenza. Fost affarijiet oħra, l-Ursolini tal-Creche għandhom…

Aktar