Attivita'
Kunċert b’kant Gregorjan minn kantawtur Taljan

Il-Fondazzjoni tal-Konkatidral ta’ San Ġwann, se torganizza kunċert b’xejn għall-pubbliku.

Il-Kunċert Exultet se jsir fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, illejla fit-8pm. Huwa se jinkludi fih kant ta’ stil Gregorjan minn Juri Camisasca: kantawtur Taljan, flimkien ma’ mużiċisti oħra mill-Italja.

Għalkemm dan il-kunċert mużikali huwa b’xejn, dawk kollha li jixtiequ jattendu jridu jiksbu l-biljetti tagħhom minn www.ticketline.com.mt.

Kull min se jżur Malta minn barra xorta jista’ jirreġistra mill-pajjiż tiegħu. Dawk li ser jattendu m’għandomx jilbsu żraben bit-takkuna minħabba l-irħam.

Aħbarijiet Oħra
Attivita'

Il-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żebbuġ se jtella’ Villaġġ tal-Milied fi Pjazza San Filep u Triq Sciortino Ħaż-Żebbuġ. L-attività, li qed tittella’ bil-kolloborazzjoni mal-Kadini tal-Banda u bl-attendenza tal-Iscouts, se ssir nhar l-Erbgħa li…

Attivita'

Nhar it-Tnejn 17 ta’ Diċembru fil-Knisja Parrokkjali tan-Naxxar ser jittella’ l-kunċert annwali għal żmien il-Milied mill-Kor Jubilate Deo. Din is-sena, il-kunċert għandu sinifikat akbar minħabba l-fatt li matulu ser ikun…

Attivita'

Għal darb’ oħra l-kunċert annwali tal-kor The New Choral Singers se jittella’ fuq żewġ serati: nhar it-Tlieta 18 ta’ Diċembru, fil-Pro Katidral Anglikan ta’ San Pawl ġewwa l-Belt Valletta, u…

Attivita'

Għar-raba’ sena konsekuttiva, il-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi se jorganizza Pjazza Milied fi Pjazza San Nikola. Din is-sena Pjazza Milied se tinkludi attrazzjoni unika bil-parteċipazzjoni tas-Siġġiewi, fil-proġett Magna Żmien li qed isir…

Aktar