Mużika
Kunċert għal żmien il-Ġimgħa Mqaddsa

Nhar l-Erbgħa 21 ta’ Marzu fis-7.30pm il-Kor Jubilate Deo ser ikun qed itella’ l-kunċert annwali tiegħu ta’ żmien il-Passjoni fil-Knisja Arċipretali tan-Naxxar.

Matul l-ewwel parti tas-serata, ibbażat fuq kunċett oriġinali tad-Direttur Mużikali Christopher Muscat, il-Cappella Gregoriana fi ħdan l-istess kor ser tkun qed twaħħad il-kant gregorjan tal-liturġija tal-Ġimgħa Mqaddsa flimkien ma’ kompożizzjonijiet oriġinali għall-perkussjoni, miktubin u esegwiti minn Renzo Spiteri.

Fit-tieni parti tal-kunċert il-kor ser ikun qed jesegwixxi x-xogħol monumentali ta’ Franz Liszt Via Crucis: xogħol li jagħti interpretazzjoni mużikali drammatika ħafna tal-erbatax-il stazzjon tas-Salib. Mal-kor jingħaqdu l-mezzo-soprano Claire Massa, il-baritonu Louis Andrew Cassar u l-organista Ronald Camilleri li ser ikun qed idoqq l-orgni storiku Santucci tal-1775 li jinsab fil-parroċċa tan-Naxxar.

Matul l-istorja tiegħu ta’ 43 sena, il-Kor Jubilate Deo stabblixxa ruħu bħala wieħed mil-aqwa korijiet Maltin fil-qasam tal-mużika sagra. Fost l-akbar suċċessi tal-kor, wieħed ifakkar l-ewwel eżekuzzjoni f’Malta tal-Oratorio di Natale ta’ Camille Saint-Saens fl-2005, l-ewwel eżekuzzjoni fi żminijiet moderni tal-Messa di Requiem ta’ Paolino Vassallo kif ukoll l-opra Il-Wegħda ta’ Charles Camilleri fl-2006. Fl-2013 il-Kor Jubilate Deo pparteċipa fil-festival internazzjonli tal-korjiet Musica Sacra a Roma fejn ġie ppremjat b’Silver Medal Diploma fiż-żewġ kategoriji li pparteċipa fihom. Fi Frar li għadda, il-kor ta l-ewwel eżekuzzjoni ta’ żewġ xogħlijiet ġodda: il-Cantata L-X ta’ Frar 1928 ta’ Christoper Muscat u l-Oratorio Fino ai Confidni della Terra tal-kompożitur ta’ fama mondjali Mons. Marco Frisina li ġie Malta sabiex jidderieġi hu stess dawn iż-żewġ xogħlijiet.

Għalkemm id-dħul huwa b’xejn, wieħed għandu jirriserva l-biljetti tiegħu billi jibgħat imejl fuq [email protected]

Aħbarijiet Oħra
Mużika

Il-kunċerti tħassru minħabba s-sitwazzjoni tal-Covid-19, iżda xi kantanti qed jagħżlu li jibqgħu jferrħu lill-pubbliku bil-mużika mid-dar. Ivan Grech tal-Wintermoods illejla se jkun qed jagħti kunċert minn fuq it-terazzin tad-dar tiegħu…

Mużika

Is-Soċjetà Filarmonika Stella Maris qiegħda torganizza l-kunċert Annwali tal-Milied b’repertorju vast ta’ mużika moderna u klassika, nhar il-Ħamis 12 ta’ Diċembru 2019 fis-7.15pm, fil-Knisja Arċipretali ta’ Stella Maris, fi Triq il-Kbira,…

Mużika

Nhar is-Sibt, 23 ta’ Novembru se tittellgħa l-ewwel edizzjoni tal-Festival Kantamagħna – festival għall-kantanti tfal u żgħażagħ ġewwa t-Teatru Astra. Il-Ministru għal Għawdex, Justyne Caruana, qalet li dan il-festival se…

Mużika

Reġa’ wasal il-Malta International Organ Festival, festival tant mistenni minn dawk kollha dilettanti tal-knejjes u mużika klassika, li din is- sena ser ikun mit-22 ta’ Novembru sas-6 ta’ Dicembru bi ħmistax…

Aktar