Mużika
Kunċert għall-festa ta’ Marija Bambina fil-Mellieħa

L-Għaqda Korali u Orkestrali Maria Bambina A.D.1947 tal-Mellieħa se tkun qiegħda żżomm l-appuntament tagħha billi ttella’ l-kunċert annwali fl-okkażjoni tal-festa ta’ Marija Bambina nhar il-Ħadd 1 ta’ Settembru fit-20.15 fil-pjazza tal-Parroċċa tal-Mellieħa, kunċert li kiseb popolarità kbira u li hu mfittex minn ħafna.

Dan il-kunċert se jkun mżewwaq b’diversi tipi ta’ mużika, minn stil klassiku sa dak modern, u li se jolqot l-gosti ta’ kulħadd. DaniIl-kunċert mużikali li ilu jigi mtellgħa mill-1992, se jkollu fi ħdanu kantanti, żeffiena, kor u orkestra u diversi protagonisti oħra fosthom Claire Caruana, Ludwig Galea, Sarah Bonnici, Marsa Pipes and Drums, u kif ukoll Paul Curmi Dancers.

L-Għaqda Korali u Orkestrali Maria Bambina tistieden lill-pubbliku sabiex jattendi għal dan il-kunċert ferm imżewwaq bħal dejjem.

Ta’ min jgħid ukoll li d-daqq li jsir fil-knisja Arċipretali tal-Mellieħa kemm ta’ lejliet kif ukoll ta’ nhar il-festa huma fir-responsabilta’ tal-kor u l-orkestra tal-istess Għaqda.

Il-mużika tal-quddies u l-għasar li jindaqqu fil-festa, hija kompożizzjoni tal-eks-surmast tal-Għaqda Mro Carmel Muscat, filwaqt li ż-żewg antifoni huma ta’ Mro. Carmel Muscat u t’Aronne Sultana. Id-direzzjoni mużikali se tkun ta’ Mro. Michael Bonanno.

Aħbarijiet Oħra
Mużika

Reġa’ wasal il-Malta International Organ Festival, festival tant mistenni minn dawk kollha dilettanti tal-knejjes u mużika klassika, li din is- sena ser ikun mit-22 ta’ Novembru sas-6 ta’ Dicembru bi ħmistax…

Mużika

Il-Kunċert annwali li l-banda tal-Forzi Armati ta’ Malta tagħmel b’risq id-Dar tal-Providenza se jsir fil-Katidral Metropolitan ta’ San Pawl fl-Imdina, il-Ġimgħa 6 ta’ Diċembru fit-8.00pm. Il-kunċert se jkun taħt il-patroċinju…

Mużika

The famed Saturday Night Bee Gees tribute band has arrived in Malta ahead of their one-night-only disco event in aid of Save Valletta’s Skyline appeal, taking place tonight. The six-member…

Mużika

A concert in aid of the restoration of the marouflage paintings adorning the Church of the Sacred Heart of Jesus in Nadur Gozo is going to be held within the…

Aktar