Kultura
Kunċert mill-banda Leone fl-Aurora t’Għawdex

Is-Sibt 16 ta’ Novembru, is-Soċjetà Filarmonika Leone se tippreżenta l-Kunċert Annwali tal-Banda Ċittadina Leone, ‘Encore! – The Leone Band in Concert’.

Dan il-kunċert, taħt id-direzzjoni tas-Surmast Direttur Colin Attard, se jittella’ fit-Teatru tal-Opra Aurora fir-Rabat, Għawdex. Fi stqarrija, s-soċjetà wegħdet spettaklu mill-aqwa, bħal kull produzzjoni tagħha.

Fuq talba ġenerali, fl-edizzjoni ta’ din is-sena, il-Banda Leone se tkun qed tfakkar l-aħħar
fost is-suċċessi tagħha, meta fl-Jum l-Indipendenza, nhar is-Sibt 21 ta’ Settembru 2019, ħadet sehem f’kunċert konġunt, fil-Pjazza ewlenija tal-gżira, Pjazza Indipendenza, f’ċelebrazzjoni organizzata mill-Kumitat Reġjonali Festi Nazzjonali fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex.

B’hekk, bl-isbaħ memorji, il-Banda Leone ssejjaħ lil dawk kollha li jixtiequ jerġgħu jgħixu dan is-suċċess u oħrajn li tilfu din l-opportunita’, sabiex jingħaqdu magħha f’dan il-programm mużikali, b’erba’ siltiet mużikali ċelebri.

Il-kunċert se jsir fis-16 ta’ Novembru fit-8pm.

Aħbarijiet Oħra
Kultura

Nhar il-Ħadd, 3 ta’ Novembru, Heritage Malta qiegħda tistieden lill-pubbliku biex iżur il-Katakombi ta’ San Pawl u ta’ Santu Wistin li jinsabu r-Rabat, waqt Open Day fejn id-dħul se jkun…

Kultura

Nhar it-Tnejn, 4 ta’ Novembru, dawk l-istudenti kollha li akkwistaw il-viża tagħhom bil-Passaport ta’ Heritage Malta huma mistiedna għall-avveniment esklussiv li se jsir fis-sit ta’ San Pawl Milqi f’Burmarrad. Din…

Kultura

L-Għaqda Żgħażagħ Dumnikani l-Birgu, ħabbret li mill-festa ta’ din is-sena 2019 ‘il quddiem, bħala kampanja favur l-ambjent, mhux ħa jintużaw bżieżaq (single use plastic) bħala parti mill-briju waqt il-marċijiet. Minflok…

Kultura

L-oriġini tal-festi Maltin imur lura għal nofs is-seklu tmintax. Din it-tradizzjoni baqgħet tintiret minn ġenerazzjoni għal oħra, tul iż-żmien. Fir-raħal ta’ Ħal Luqa, il-festa ad unur il-patrun Sant’ Andrija hija…

Aktar