Mużika
Kunċert mill-banda tal-Forzi Armati ta’ Malta b’risq id-Dar tal-Providenza

Il-Kunċert annwali li l-banda tal-Forzi Armati ta’ Malta tagħmel b’risq id-Dar tal-Providenza se jsir fil-Katidral Metropolitan ta’ San Pawl fl-Imdina, il-Ġimgħa 6 ta’ Diċembru fit-8.00pm. Il-kunċert se jkun taħt il-patroċinju distint tal-President ta’ Malta, George Vella li se jippreżenta wkoll il-Premju Mons. Mikiel Azzopardi 2019 lir-rebbieħ li jitħabbar waqt is-serata.

Il-banda hija taħt id-direzzjoni tal-Mro. WO1 Twanny Borg bis-sehem tas-sopran Celine Abela u l-Lbdr. Georg Zammit. Se jindaqqu xogħlijiet ta’ Handel, von Weber, Rodrigo, Albinoni, De Haan, Reineke u Rutter kif ukoll tal-kompożituri Maltin Carmel Callus u Ray Sciberras w arranġamenti mużikali tal-Kaptan Jonathan Borg.

Biljetti bla ħlas jistgħu jinkisbu permezz ta’ imejl fuq [email protected] jew bit-telefown fuq 2146 2844 sa mhux aktar tard mis-27 ta’ Novembru 2019.

Aħbarijiet Oħra
Mużika

Is-Soċjetà Filarmonika Stella Maris qiegħda torganizza l-kunċert Annwali tal-Milied b’repertorju vast ta’ mużika moderna u klassika, nhar il-Ħamis 12 ta’ Diċembru 2019 fis-7.15pm, fil-Knisja Arċipretali ta’ Stella Maris, fi Triq il-Kbira,…

Mużika

Nhar is-Sibt, 23 ta’ Novembru se tittellgħa l-ewwel edizzjoni tal-Festival Kantamagħna – festival għall-kantanti tfal u żgħażagħ ġewwa t-Teatru Astra. Il-Ministru għal Għawdex, Justyne Caruana, qalet li dan il-festival se…

Mużika

Reġa’ wasal il-Malta International Organ Festival, festival tant mistenni minn dawk kollha dilettanti tal-knejjes u mużika klassika, li din is- sena ser ikun mit-22 ta’ Novembru sas-6 ta’ Dicembru bi ħmistax…

Mużika

The famed Saturday Night Bee Gees tribute band has arrived in Malta ahead of their one-night-only disco event in aid of Save Valletta’s Skyline appeal, taking place tonight. The six-member…

Aktar