Mużika
Kunċert minn Gianni Morandi f’April fl-MFCC

Il-kantant Taljan Gianni Morandi se jagħti kunċert f’Malta f’April li ġej.  Morandi se jkanta l-iktar kanzunetti li kiseb suċċess bihom f’kunċert ta’ sagħtejn li se jieħu lill-udjenza fi vjaġġ tul il-karriera tiegħu.

Fost l-40 kanzunetta li mistenni jkanta Morandi hemm “Occhi di ragazza”, “Scende la Pioggia”, “La Fisarmonica”, “Non Son Degno di Te”, “Uno su Mille”, “Dobbiamo Fare Luce”, u “Una Vita Che Ti Sogno”.

Il-kunċert se jsir fit-12 ta’ April fl-MFCC Ta’ Qali u qed jittella’ minn Giuseppe Rapisarda Management.  Mistenni li minbarra l-ammiraturi Maltin, se jiġu Malta xi Taljani għall-kunċert ta’ Morandi f’Malta.

Iktar tagħrif jista’ jinkiseb fuq www.ticketline.com.mt.

Aħbarijiet Oħra
Mużika

B’rabta mal-festa liturġika ta’ San Ġorġ li, minħabba r-rikorrenza ta’ l-Għid il-Kbir, din is-sena ser tiġi ċċelebrata nhar it-Tnejn 29 t’ April, is-Soċjetà La Stella ser tkun qed tniedi programm…

Mużika

Għaxaq Music Events ser jippreżentaw xow bl-isem ta’ Long Live the Queen imtella’ mill-grupp Break Free, tribute band li hija meqjusa bħala waħda mill-aħjar fl-Ewopa għall-mużika tal-grupp leġġendarju Queen. Dan…

Teatru

Għat-tieni sena konsekuttiva se jittella’ d-dramm mużikali AĦNA LI KONNA MIEGĦU: FUQ IL-GOLGOTA. Dan huwa dramm tal-passjoni mtella’ miż-żgħażagħ Franġiskani – GiFra.  Fuq kitba ta’ Patri Joseph Magro, din is-sena…

Mużika

L-artist Kanadiż Marc Martel li l-vuċi tiegħu hija identika bħal ta’ Freddie Mercury se jkun fostna f’Malta! Nhar il-Ġimgħa 14 ta’ Ġunju, Marc Martel, kantant li qed jieħu fama internazzjonali…

Aktar