Informazzjoni, Mużika
Tħassar il-kunċert minn Selezzjoni tal-AFM ġewwa r-Razzett tal-Markiż

Nota:- Minħabba ċirkustanzi li m’għandhiex kontroll fuqhom, l- Għaqda Filantropika Talent Mosti se jkollha tħassar il-kunċert minn selezzjoni tal-Forzi Armati ta’ Malta li kellu jittella’ nhar il-Ġimgħa 15 ta’ Settembu 2017.

—————————————————————————————————————————————————————————————————————–

 

L-Għaqda Filantropika Talent Mosti bi pjaċir tippreżenta Kunċert minn Selezzjoni tal-Banda tal-Forzi Armati ta’ Malta fir-Razzett tal-Markiż Mallia Tabone, Triq Wied il-Għasel, il-Mosta

Nhar il-Ġimgħa 15 ta’ Settembru 2017  fis-7.30 pm.

Dan il-kunċert se jittella’ biex tingħata donazzjoni lil ​ Malta Guide Dogs Foundation 

———————————————————————————————————————————————————————-

Il- Malta Guide Dogs Foundation hi organiżżazjoni non-governattiva li ġiet imwaqqfa fl-1997 sabiex tgħin persuni neqsin mid-dawl.  Din il-Fondazzjoni pprovdiet klieb gwida lil 13 il-persuna f’Malta u Għawdex, kif ukoll tagħti taħriġ fuq orjontazzjoni u mobilta’ lil dawk li għandhom bżonn, liema taħriġ jiddependi fuq il-ġbir ta’ fondi.  Il-voluntiera li jagħtu sehmhom lil din il-fondazzjoni, li wħud minnhom huma wkoll neqsin mid-dawl, huma mpenjati sabiex jiffaċilitaw il- ħajja minkejja l-isfidi li jistgħu jiltqgħu magħhom.

Għal aktar tagħrif sibuna fuq il-Website tagħna: talentmosti.com

Kif ukoll fuq facebook: Razzett tal-Markiż

Aħbarijiet Oħra
Informazzjoni

Lekċer għall-pubbliku bl-isem ‘Gwardjani tal-Mediterran: il Flotta Ġappuniża f’Malta fl-Ewwel Gwerra Dinjija’ ħa tingħata mill-Professur Sochi Naraoka mill-Università ta’ Kyoto fi-Ġappun. Din is-sena tfakkar il-mitt sena anniversarju ta’ meta il-flotta…

Informazzjoni

Fis-sena 2019, l-Għaqda Mużikali Sant’Elena ta’ Birkirkara se tkun qed tiċċelebra l-Anniversarju talewwel Mitt Sena mit-twaqqif tagħha. Matul din is-sena, il-Kumitat beda bil-ħidma tiegħu sabiex ifassal ujwettaq programm ta’ ċelebrazzjonijiet…

Informazzjoni

Xi sena ilu il-Paediatric Department irrealizzaw kemm fosthom hemm nies b’talenti speċjali, mużiċisti, kantanti, artisti, skulturi, photographers u żeffiena. Dawn il-ħaddiema jaraw is-sagrifiċji li l-ġenituri ta’ tfal morda jagħmlu w…

Informazzjoni

Bells and carols will ring out joyously as the Corinthia Palace Hotel & Spa, in Attard, once again presents its popular annual Perfect Christmas Gift Fair. From stalls selling beautiful…

Aktar