Attivita'
Kunċert Strumentali mill-Banda San Ġiljan A.D. 1927

Taħt id-direzzjoni tas-Surmast Etienne Spiteri, il-Banda San Ġiljan se ttella’ kunċert mużikali bl-isem Music from Vienna, li jikkonsisti minn repertorju esiġenti u magħruf tal-kompożitur Awstrijakk Johann Strauss Jr, li żgur se jpaxxi l-widnejn ta’ kull min jisimgħu.

Il-kunċert se jittella’ ad unur l-istess kompożitur ċelebri Johann Strauss Jr f’għeluq il-mija u għoxrin (120) sena minn mewtu, kif ukoll fit-tmenin (80) anniversarju tal-ewwel kunċert li qatt sar għall-okkażjoni tal-Ewwel tas-Sena fil-belt mużikali u majestuża ta’ Vjenna.

Dan il-kunċert uniku li qed jiġi organizzat bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill Lokali ta’ San Ġiljan u bis-sehem ta’ diversi mużiċisti ta’ livell għoli, se jsir nhar il-Ġimgħa 25 ta’ Jannar 2019 fit-8pm ġewwa l-Każin Malti fi Triq ir-Repubblika, il-Belt Valletta; post li żgur jixraq lil kunċert ta’ dan il-livell.

Kull min se jattendi għandu ġentilment ikun bilqiegħda sat-7:45p.m.

Aħbarijiet Oħra
Attivita'

Fl-okkażjoni tal-175 sena minn meta l-Furjana saret Parroċċa kif ukoll il-100 sena mit-twelid tal-artist il-Prof. Emvin Cremona il-parroċċa San Publju b’kollaborazzjoni mal-Assoċjazzjoni Publju ta’ Malta ser jorganizzaw akkademja mużiko-letterarja biex…

Attivita'

Il-festa ta’ San Girgor hija avveniment tradizzjonali poplari ħafna mal-Maltin u li ilu jsir mill-1500. Din il-festa tiġi ċċelebrata fl-ewwel Erbgħa wara l-Għid u fil-bidu kienet tikkonsisti f’pelegrinaġġ minn konfaternitajiet…

Attivita'

Il-Kunsill Lokali ta’ Ħal Għaxaq, flimkien maż-żewġ Għaqdiet Mużikali tal-lokal, ser ikun qed jorganizza ir-reba’ edizzjoni taċ-Cheese and Wine Festival fil-pjazza ewlenija ta’ Ħal Għaxaq nhar is-Sibt 27 ta’ April…

Attivita'

Nhar it-Tlieta 23 t’April 2019 (mid-9:30am ‘l quddiem) ġewwa l-Librerija Pubblika Ċentrali, il-Furjana, Malta Libraries ser tkun qed tiċċelebra Jum il-Libreriji u l-Jum Dinji tal-Ktieb 2019 b’Open Day għall-familja kollha…

Aktar