Kunċert ta’ kanzunetti u siltiet operistiċi Taljani mtella’ minn St Paul Chamber Ensemble

Kunċert ieħor organizzat minn St Paul Chamber Ensemble, orkestra li llum il-ġurnata m’għandha bżonn ebda introduzzjoni u li tiġbor fiha wħud mill-aqwa mużiċisti u kantanti lokali. Għal darb’oħra l-orkestra se tagħti preżentazzjoni ta’ kalibru għoli b’repertorju li mhux biss huwa ta’ pjaċir għall-udjenza iżda wkoll magħżul
speċifikament biex ikompli jsaħħaħ il-kapaċitajiet tekniċi tal-orkestra.

Wara l-kunċerti ta’ suċċess tax-xhur li għaddew, l-orkestra ser tkompli l-programm tagħħa għal din is-sena b’kuncert imżewwaq b’għażla ta’ siltiet varji li jinkludi arji Taljani magħrufa u kanzunetti Naplitani. Il-kunċert orkestrali u vokali se jsir nhar il-Ġimgħa, 21 ta’ Ġunju, ġewwa Montekristo Estate fit-8.30pm.

Grande Serata Italiana – Lejla mimlija mużika, kant, ikel, xorb u premjijiet, bil-qliegħ tas-serata jmur b’risq iċ-Ċentru Mediku tal-HopeXchange fil-Ghana. Taħt id-direzzjoni ta’ Mro Mark Agius, il-ħamsin mużiċist se jtellgħu xogħlijiet popolari klassiċi u strumentali, filwaqt li jakkumpanjaw il-kantanti lokali stabbiliti, Karen
Gatt Darmenia (Soprano), Frances Catherine Farrugia (Soprano) , Joseph Aquilina (Tenur) u Ivan Vella (Baritonu).

Uħud mix-xogħlijiet se jkunu akkumpanjati mill-kor residenti tal-orkestra, Anacrusis. Ir-repertorju se jinkludi xogħlijiet klassiċi li jinkludu O Sole Mio, Funiculi Funicula, Duetto Buffo di due Gatti, Largo Al Factotum u Nessun Dorma fost l-oħrajn.

Il-biljetti jistgħu jinkisbu minn MonteKristo fuq 22033000, Higher Grades, Attard jew mill-Aministrazzjoni tal-Orkestra fuq-7995 0507.

Aħbarijiet Oħra

Heritage Malta qed tistieden lill-pubbliku għal serata avventuruża f’Għar Dalam li tinkludi żjara bi gwida fl-eqdem sit preistoriku f’Malta u fil-villa Rumana Ta’ Kaċċatura biċ-ċisterna tagħha, numru ta’ raddet ir-roti…

Attivita'

Il-BridLife Malta qalet li s’issa l-2019 kienet sena tajba għall-għasafar li jbejtu f’Malta b’għadd ta’ speċi differenti osservati jbejtu b’suċċess kemm fir-riservi naturali ta’ BirdLife Malta kif ukoll f’postijiet differenti…

Attivita'

The Directorate for Research, Lifelong Learning and Employability in collaboration with Friends of the Earth Malta, will be hosting a Sustainability Workshop and Repair Café on Saturday 22nd June at…

Aktar