Kunċert ta’ mużika sagra mtella’ mis-Soċjetà Filarmonika L-Unjoni ta’ Ħal Luqa

Nhar il-Ħadd 5 ta’ April, is-Soċjetà Filarmonika L-Unjoni ta’ Ħal Luqa, bil-kollaborazzjoni tal-Għaqda Każini tal-Banda, ser ittella’ kunċert ta’ mużika sagra bl-isem ‘Anima’ fit-Teatru Manoel.

F’dan il-kunċert ser tieħu sehem il-Filarmonika L-Unjoni, l-Amadeus Chamber Choir u diversi solisti. Il-kunċert ser jinkludi xogħolijiet popolari bħal ‘Trauermarsch’ mis-Sinfonija Numru 5 ta’ Gustav Mahler, is-silta  ‘John 1941’ mill-musical ‘Jesus Christ Superstar’ ta’ Andrew Lloyd Weber, ‘Benedictus’ mill-quddiesa ta’ Karl Jenkins bl-isem ‘The Armed Man: A Mass for Peace’ u siltiet mill-film ċelebri ‘Ben Hur’ mill-kompożitur Miklós Rózsa.

Bħal kunċert preċedenti tal-Filarmonika L-Unjoni, ser ikunu inklużi wkoll xogħolijiet Maltin miktuba minn Joseph Abela Scolaro, Charles E. Zammit u Giuseppe Camilleri. Ser isir wkoll il-premier ta’ tlett xogħolijiet ġodda miktuba għal dan il-kunċert minn John David Zammit, Norbert Camilleri u Neil Zammit.

Il-kunċert ser jibda fis-7:00pm u l-banda, flimkien mal-kor u s-solisti, ser ikunu taħt id-direzzjoni ta’ Mro. John David Zammit. Biljetti jistgħu jistgħu jinkisbu minn fuq is-sit teatrumanoel.org.mt.

Aħbarijiet Oħra
Reliġjon

Il-Knisja qed tagħmel sejħa lil dawk kollha ta’ rieda tajba, speċjalment lill-familji Nsara, illum l-Erbgħa 25 ta’ Marzu, Solennità tat-Tħabbira tal-Mulej, f’għaqda max-xewqa tal-Papa f’ jum ta’ talb mad-dinja kollha. Illejla…

Attivita'

On Saturday 7th March 2020, the exhibition ‘Folder 78A: Library Plans and Drawings’ opens at the National Library of Malta – Valletta. This exhibition marks the last phase of a…

Arti

Avaritia is one of the seven deadly sins, together with pride, lust, envy, gluttony, wrath and sloth. Greed is the artificial, rapacious desire and pursuit of material possessions. Thomas Aquinas…

Attivita'

100 trees have been donated by Mellieħa Local Councillor Ivan Catillo to NGO GHKNK and are set to be planted this Sunday in l-Aħrax tal -Mellieħa. The initiative forms part of…

Aktar