Attivitajiet Kulturali
Kunċert tal-Għid fil-Bażilika tan-Nattività tal-Bambina fix-Xagħra

Il-“Mount St Mary’s College & Barlborough Hall School Choir” mir-Renju Unit ser jieħu sehem f’Kunċert tal-Għid fil-Bażilika tan-Nattività tal-Bambina fix-Xagħra Għawdex nhar il-Ġimgħa 6 ta’ April 2018 fis-7.30pm.

Il-kor huwa taħt id-direzzjoni mużikali tas-Sinjura Lucy Kitchener, u jikkonsisti minn studenti ta’ bejn it-8 u t-18-
il sena. Dan il-kunċert qed jiġi organizzat b’kollaborazzjoni sħiħa mal-Kapitlu Bażilika tax-Xagħra, il-Kunsill Lokali tax-Xagħra u l-Fondazzjoni JP2.

Il-Kor ser janima wkoll Quddiesa mmexxija mill-Arċisqof ta’ Malta Charles J. Scicluna nhar il-Ħadd 8 ta’ April 2018 fl-okkażoni tal-Festa Liturgika tal-Ħniena Divina fil-Katidral Metropolitan ta’ San Pawl fl-Imdina fid-9am.

Aħbarijiet Oħra
Attivitajiet Kulturali

Broken Dreams, parti mill-esibizzjoni fotografika multikulturali ta’ Valletta 2018, A Tale of Two Cities, tiftaħ fl-20 ta’ April fil-Mużew Nazzjonali tal-Posta u l-Hub tal-Arti fil-Belt Valletta. L-esibizzjoni hija kollezzjoni ta’ ritratti ta’…

Attivitajiet Kulturali

Nhar il-Ħadd, il-Forti Sant’Iermu se jiftaħ il-bibien tiegħu għall-pubbliku biex iżur il-Mużew Nazzjonali tal-Gwerra bla ħlas.  Heritage Malta se tagħmel dan fl-istess jum li fih Malta se tikkommemora l-għoti tal-George…

Attivitajiet Kulturali

Kuljum minbarra t-Tnejn, ħafna turisti u nies tal-lokal jinġabru fil-Pjazza tar-Repubblika f’Yerevan, l-Armenja, biex jaraw spettaklu ta’ żfin bl-ilma li jkun akkumpanjat minn stallazjonijiet ta’ dawl, filmati u mużika. Il-mużika…

Attivitajiet Kulturali

Il-ġimgħa d-dieħla bejn is-16 u l-20 t’April, se jiġi Malta l-Young Mixed Choir Inmmanuël biex itella’ żewġ kunċerti. Il-kunċerti jinvolvu mużika spiritwali li jvarjaw minn salmi tradizzjonali u gospel. Kunċert…

Aktar