Mużika
Kunċert tal-Messiah b’risq ir-restawr tal-kampnar tal-pro-Katidral Anglikan

Id-dilettanti tal-mużika klassika se jkunu jistgħu jattendu għall-kunċert tal-oratorju ‘Messiah’ tal-kompożitur George Frideric Handel li se jsir fit-12 ta’ Jannar li ġej fil-pro-Katidral Anglikan ta’ San Pawl il-Belt Valletta.

Fil-kunċert se jieħdu sehem tal-Orkestra Filarmonika Nazzjonali, il-kor tal-Università ta’ Western Australia, il-Goldberg Ensemble Choir, is-sopran Gillian Zammit u t-tenur Juan Gambina, kif ukoll Claire Massa u Albert Buttigieg.  Id-direttur tal-orkestra se jkun Maestro Michael Laus.

Il-qliegħ se jmur għall-proġett ta’ restawr tal-pro-Katidral tal-Anglikani hekk kif kumitat imwaqqaf apposta qed jorganizza sensiela t’attivitajiet sabiex jinġabru fondi li jistgħu jwasslu għas-salvazzjoni tal-kampnar ta’ dan il-Katidral li jiddomina d-dehra ikonika tal-Belt Valletta.

Aħbarijiet Oħra
Mużika

Se jsir kunċert fuq l-orgni mill-Organista Joe Caruana fil-Knisja Parrokkjali taż-Żejtun, nhar is-Sibt, 29 ta’ Settembru 2018 fit-8.00pm. Il-kunċert se jsir fl-okkażjoni ta’ ‘Żejt iż-Żejtun’, organizzat mill-Kunsill Lokali flimkien mal-Kunsill…

Mużika

Back in January it was announced that the charismatic and talented Joe Roscoe was to be the new frontman of Red Electrick and from then on there was no looking…

Mużika

Il-Big Friends Guggen Musik ser tieħu sehem fil-festa tal-Kuluri li ser tittella’ għall-ewwel darba f’Capo D’Orlando fi Sqallija bejn nhar il-Ġimgħa 14 sa 18 ta’ Settembru. Għal din il-festa ġew…

Mużika

The Choral and Orchestral Society Maria Bambina is proudly presenting the Annual Musical Concert. Year after year, this concert keeps on amusing the numerous audience which attend. The concert includes…

Aktar