Mużika
Kunċert tal-Milied – Sing Noël

Ta’ kull sena, il-Kunsill Lokali tax-Xagħra jorganizza kunċert tal-Milied fil-Basilika tax-Xagħra. Il-fondi kollha li jinġabru mill-Kunsill se jmorru b’risq il-Malta Community Chest Fund.

Din is-sena, il-kunċert ‘Sing Noël’ se jitmexxa mis-Schola Cantorum Jubilate. Dan il-kor li tiddireġih Marouska Attard ilu stabbilit mill-2000 u se jieħdu sehem fih anke l-SCJ Children’s Choir u l-Cordia String Quartet.

Il-kunċert Sing Noël se jsir fil-Basilika tax-Xagħra l-Ħamis 28 ta’ Diċembru fis-19:00pm. Matul il-kunċert se jiġu interpretati l-mużika popolari tal-kompożituri Adams, Gruber, Willcocks, Yon u għanjiet Maltin ta’ Scolaro, Galea u Pace. Il-kunċert se jinkludi wkoll il-Concerto Grosso Op.8 No. 6 b’G minor mill-Cordia ta’ Tortell u interpretazzjoni tal-Varjazzjoni Musico ta’ ‘Gabriel’s Message’ minn Joseph Camilleri.

Is-solo pieces se jiġu interpretati minn Marouska Attard u l-bassist Albert Buttigieg.

Id-dħul huwa b’xejn għal kulħadd. Għal aktar informazzjoni tistgħu ċċemplu lill-Kunsill Lokali fuq 21563737.

 

Aħbarijiet Oħra
Mużika

Teatru Unplugged is a unique event consisting of 5 short acts of diverse musical genres.  Founded by Jonathan Shaw and Nirvana Azzopardi in 1998, Teatru Unplugged is Malta’s longest annual standing…

Mużika

St Paul Choral Society, wieħed mill-aqwa korijiet polifoniċi f’Malta, ser jippreżenta kunċert bil-kor, l-orgni u l-orkestra taht it-tmexxija ta’ Dr Hugo Agius Muscat.  Dan il-kunċert ser isir fl-għeluq il-20 anniversarju…

Mużika

Fuq stedina tal-Assemblea Regionale Siciliana u tal-Uffiċċju tal-President ta’ Malta, is-Soċjetà Filarmonika L’Unione ta’ Ħal Luqa ġiet mistiedna sabiex ittella’ programm mużikali fil-Palazz Normann li fih jiltaqa’ l-Parlament Reġjonali ta’…

Mużika

Se jsir kunċert fuq l-orgni mill-Organista Joe Caruana fil-Knisja Parrokkjali taż-Żejtun, nhar is-Sibt, 29 ta’ Settembru 2018 fit-8.00pm. Il-kunċert se jsir fl-okkażjoni ta’ ‘Żejt iż-Żejtun’, organizzat mill-Kunsill Lokali flimkien mal-Kunsill…

Aktar