Wirja
Kunċert u wirjiet mill-Pulizija f’Marsaskala

Għada, 8 ta’ Lulju 2019, għall-ħabta tat-8.30pm, fi Pjazza Mifsud Bonnici, Marsaskala, ser jittella’ kunċert mużikali mill-Banda tal-Pulizija.

Se ssir ukoll wirja mill-Precision Drill Team u mis-Sezzjoni tal-Klieb, flimkien ma’ sessjoni ta’ informazzjoni dwar sejħiet ta’ reklutaġġ kurrenti.

It-tfal li se jkunu preżenti ser ikollhom l-opportunità jirkbu fuq żiemel tal-Kavallerija u mutur tat-Traffiku.

Il-pubbliku huwa mħeġġeġ sabiex jattendi għal dawn l-attivitajiet.

Aħbarijiet Oħra
Wirja

L-entużjasti tal-istorja li ma rnexxilhomx iżuru l-wirja temporanja ta’ Heritage Malta bl-isem Behind Closed Doors: Fort St Angelo and the Royal Navy 1906-1979 ġewwa l-Forti Sant’Anġlu jistgħu jgawdu din l-esperjenza…

Wirja

Bħala parti mill-missjoni tagħha biex tassigura li l-elementi tal-wirt kulturali jkunu aċċessibbli għal kulħadd, qed tiġi organizzata żjara speċjali ġewwa l-MUŻA minn Heritage Malta u l-Aġenzija Sapport, nhar l-Erbgħa 10…

Wirja

Il-Kummissjoni Nar Soċjetà Mużikali Beland ser tkun qed torganizza The Beland Motor Show għat-tielet sena konsekuttiva bejn is-27 u 28 ta’ Lulju. Fis-27 ta’ Lulju l-wirja ser tkun qed titella’…

Wirja

Il-Gozo Philatelic Society irranġat wirja ġdida fil-vetrina li għandha fil-livell -1 tal-ĦAĠAR (Pjazza San Ġorġ – Victoria), magħmula minn assortiment ta’ eżempji “Vittorjani” filateliċi u numismatiċi. Ġiet ippreparata biex tfakkar…

Aktar